Monthly Archives: Lulju 2023

Ngħixu l-Imħabba permezz tal-Paċi u Ġenerosità

Preżentazzjoni Merħba

Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed janima r-riflessjoni jagħti merħba lill-istudenti u jgħinhom jikkalmaw u jikkonċentraw. Wieħed jista’ jibda r-riflessjoni bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.

Riflessjoni

Il-ġenerosità ma tfissirx li taqsam ikel jew affarijiet żejda tagħna, jew tagħti xi ftit ħin minn tiegħek. Il-ġenerożità vera tfisser tagħti sakemm tweġġa’ bi tbissima kbira. Meta wieħed ikun ġeneruż ikollu fih paċi ġewwinija fih…

Kompli aqra »

Ngħixu l-Imħabba billi niftakru fl-oħrajn

Preżentazzjoni Merħba

Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi r-riflessjoni jilqa’ lill-istudenti jista’ jibda bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.

Riflessjoni

Qegħdin fix-xahar ta’ Novembru. F’dan ix-xahar naħsbu fil-qraba u ħbieb tagħna li m’għadhomx aktar magħna. Qegħdin il-Ġenna. Fil-ġenna flimkien mal-qraba tagħna jinsabu nies li ħabbew lil Alla f’ħajjithom u li issa qegħdin jitolbu għalina u jgħinuna minn hemm…

Kompli aqra »

Ngħixu l-Imħabba permezz tal-Komunità

Preżentazzjoni Merħba

Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi r-riflessjoni jilqa’ lill-istudenti jista’ jibda bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.

Riflessjoni

Komunità tfisser li ngħinu u nsiru nafu lil xulxin. Kull wieħed huwa importanti, jalla nibnu l-komunità tal-klassi jew tal-iskola billi nżommu ambjent sabiħ fostna. Ejjew nilagħbu logħba flimkien.

Logħba

Tagħmir meħtieġ: ballun

L-animaturi jibdew billi jżommu l-ballun u igħidu…

Kompli aqra »