The story is about a boy who signed up with the football nursery. During the half-time of a game, he stopped to look at a world map on the billboard. Together with his coach and friends, they write prayers for the countries of the world.
Ages
- Primary Years
- Middle Years

Dinja Waħda – Flimkien mal-Oħrajn Nirbaħ
Karim inkiteb man-nursery tal-futbol u tgħidx kemm ikun qed jistenna s-Sibt filgħodu biex imur għat-trejning! Apparti t-trejning, ikollu ħerqa kbira li jiltaqa’ ma’ wħud mill-ħbieb tiegħu tal-klassi kif ukoll ma’ tfal oħra li jittrenjaw miegħu u li bħalu telqu minn pajjiżhom bit-tama li jgħixu ħajja aħjar f’pajjiż ieħor. Trid tarah kemm jifraħ magħhom u huma miegħu meta jiskorja xi gowl.

Darba waħda waqt il-half time ta’ logħba minnhom, Karim waqaf iħares lejn wieħed mill-bords tar-reklami li kien hemm madwar il-grawnd. Fuq dan il-bord kien hemm mappa tad-dinja flimkien ma’ bnadar ikkuluriti ta’ timijiet minn diversi pajjiżi. Huwa beda jfittex il-pajjiż tiegħu fuq il-mappa.

Kompla jfittex pajjiżi oħra fejn jaf li jgħixu xi familjari oħra tiegħu. Tant intilef iħares lejn din il-mappa li lanqas kien induna li l-kowċ kien qiegħed isaffar is-suffara biex ikomplu jilagħbu. Meta ra hekk il-kowċ ġietu idea. Qal lit-tfal l-oħra kollha biex imorru ħdejn Karim, iħarsu lejn il-mappa tad-dinja u jiffurmaw ċirku madwarha. U qalilhom, “Ħarsu sew lejn din il-mappa u sibu l-pajjiż tagħkom jew il-pajjiż ta’ fejn jgħixu qrabatkom. Tistgħu wkoll issibu xi pajjiżi oħra li tisimgħu dwarhom fl-aħbarijiet li ġratilhom xi ħaġa negattiva bħal xi terremot, tsunami, ġlied, gwerer jew xi protesta li wasslet għall-vjolenza.”
Sadanittant il-kowċ ħareġ ftit sticky notes u lapsijiet mil-folder li kellu f’idu u beda jqassam sticky note u lapes lil kulħadd. U kompla jgħidilhom: “Issa fuq l-isticky note, iktbu talba għall-pajjiż li ħsibtu fih jew għan-nies li jgħixu hemm, imbagħad wara waħħlu din l-isticky note mal-mappa tad-dinja.” U t-tfal hekk għamlu. Kemm kitbu talb sabiħ u mill-qalb dawn it-tfal!
Wieħed tifel talab hekk,“O Alla, waqqaf il-ġlied u l-isparar kontinwu li kont nara jseħħ jien stess fis-Sirja.”
Waħda tifla talbet,“O Alla, ipprovdi l-ikel u x-xorb lil min m’għandux u pprovdi nies biex jgħinu lill-foqra.” Xi ħadd talab għall-paċi fid-dinja. Xi ħadd ieħor talab biex il-pajjiżi kollha jinħelsu mill-mard, speċjalment tal-Covid-19.
Kemm ġiet isbaħ il-mappa bit-talb imwaħħal fuqha! U inti kieku kellek tikteb talb għall-pajjiżi fid-dinja x’kont tikteb?
Resources related to this story
We want to get to know you. To be able to bookmark your favourite content, please log in or sign up below.
User Sign Up
Discover more resources