Fl-14 u 21 ta’ Jannar 2019, tfal tal-primarja mill-klassijiet  Yr 1 sa Yr 6 rispettivament, esperjenzaw siegħa ta’ riflessjoni u talb b’mod kreattiv u hands on. Dawn il-prayer spaces ġew armati tul żewġ kuriduri li hemm biswit is-sala fejn issir l-assembly. It-tfal kitbu talb għall-persuni madwar id-dinja, għamlu figuri għan-nies li jħobbu f’ħajjithom, kitbu talb ta’ maħfra u ħassruh, ħasbu dwar ix-xewqat tagħħhom kif ukoll staqsew mistoqsijiet kbar.

Kienu mumenti sbieħ ħafna meta l-palk ta’ ġos-sala nbidel f’post fejn wieħed seta’ jesperjenza mumenti ta’ skiet u fejn ħafna huma mxennqa għal dan is-skiet tant bżonnjuż. It-tfal poġġew fuq il-cushions u verament apprezzaw s-silenzju.

Waqt il-prayer space “Napprezzaw is-Silenzju”
X’qalu t-tfal wara li esperjenzaw ftit mumenti ta’ skiet
-Qatt ma kont naf li jeżisti dan il-kwiet kollu
-L-aktar li ħadt gost meta morna fuq il-palk u qgħadna fis-skiet b’għajnejna magħluqa
-Bdejt nieħu gost nitkellem ma’ Ġesù 
-Għoġbitni ta’ ġos-sala fis-silenzju għax ħassejt li Ġesù qiegħed ħdejja
-Allelujah,Allelujah, fl-aħħar sibt ħin għall-kwiet!
-Nitkellmu ma’ Ġesù bdejt nieħu pjaċir
-Jien l-aktar li ħadt pjaċir meta qgħadna kwieti għax jien kwiet
-Jien għoġbitni li tkellimna ma’ Ġesù għax inħobbu ħafna

-Jien ħadt ħafna pjaċir l-aktar fil-biċċa tas-skiet. Nixtieq nerġa nagħmilha

(Nirringrazzjaw lil Alla ta’ dawn l-esperjenzi sempliċi imma profondi li jgħinu lit-tfal jesploraw aktar ir-relazzjoni tagħhom magħhom infushom, mal-oħrajn, mad-dinja u miegħu stess.)
Grazzi lill-kap tal-iskola, l-edukaturi u kull min tana l-għajnuna tiegħu biex it-tfal setgħu jesperjenzaw attivita sempliċi imma profonda fejn għinithom jesploraw ir-relazzjoni tagħhom magħhom infushom, mal-oħrajn, mad-dinja u ma’ dak li hu sagru u divin.