English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

It-12 ta’ Ġunju, huwa l-jum kontra it-tħaddim tat-tfal. Aħna ixxurtjati li nistgħu niġu l-iskola – nilgħabu ma’ tfal oħra u nitgħallmu ma’ tfal oħra. Mhux it-tfal kollha għandhom il-libertà li jgħixu t-tfulija, uħud mit-tfal jibdew jaħdmu. Ejja naraw din id-diska flimkien u naħsbu ftit fuqhom.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Sfortunatament mhux it-tfal kollha huma kuntenti u jistgħu jkantaw bħalna. Ħafna tfal huma sfurzati jaħdmu. Waqt li aħna ġejna l-iskola biex nieħdu gost nitgħallmu, dawn it-tfal kellhom jqumu kmieni biex jmorru jaħdmu xogħol iebes bla ikel għal ħin twil, qishom skjavi. Ejja naħsbu ftit f’ dawn it-tfal qabel ngergru li irridu niġu l-iskola.

Talba

Għażiż Alla nitolbu li l-adulti kollha jirrispettaw it-tfulija. Nitolbu li jaraw li l-ħajja tat-tfal hija iżjed importanti mill-flus. Nitolbu tibgħat nies b’ saħħithom li jieħdu azzjoni u jeħilsu lil dawn it-tfal, biex b’hekk jkunu jistgħu jmorru l-iskola bħalna u jitgħallmu. Ammen

Vidjow li jagħti informazzjoni addizzjonali

English

« Back to Year Theme