Din is-sena l-kappillan tal-Manikata Fr Denis Schembri stedinna biex norganiżżaw Festa tat-tfal parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa ta’ San Ġużepp, il-Manikata. Din il-festa saret fil-21 ta’ awwissu 2019. Din organiżżajnieha barra fuq iz-zuntier tal-Knisja. Wara li smajna l-quddies, it-tfal kellhom imħejjija xi prayer stations. Waħda minnhom kienet “id-dinja Pajjiżna” bil-mappa tad-dinja, it-tfal preżenti riedu jixgħelu xemgħa u jitolbu għat-tfal fil-pajjiżi li jagħżlu u jpoġġu x-xemgħa fuq il-pajjiż. 

 
 
Station ieħor kien ‘It-Tribu tal-Masaai”, fejn it-tfal raw vidjow dwar tifla mit-tribu tal-Masaai, setgħu jaraw l-ambjent li jgħixu dawn in-nies u anki l-kultura tagħhom, tajna informazzjoni mhux biss dwar dan it-tribu imma ukoll dwar l-artijiet tal-missjoni. Spjegajna l-kuluri xi jfissru għal dawn in-nies u għamilna ukoll bħala kraft il-Masaai Necklace
 
Kien hemm ukoll station tal-friendship bracelets fejn it-tfal bdew jagħmlu dawn il-friendship bracelets lil xulxin biż-żibeġ u l-istraws. 
 
Station oħra li kienet popolari kienet ‘Differenti u Sbieħ’ fejn kull tifel u tifla riedu jħarsu fil-mera, u jpenġu wiċċhom fuq karta.
Dawn it-tpenġijiet jitpoġġew fejn xulxin mal-art. It-tfal ġew imħeġġa josservaw it-tpenġijiet. X’kien hemm li jolqothom? Ħafna laqgħathom li kollha differenti, u għalhekk id-dinja tagħna hija sabiħa għax hemm aħna kollha differenti, b’talenti differenti, u ħbieb.
 
Station oħra kienet ‘il-Ġnien tal-Paċi’ fejn it-tfal ingħataw fjuri u fuq il-petali tagħhom riedu jiktbu x’iġib il-paċi, fejn isibu l-iżjed il-paċi jew kif jaħsbu li tinkiseb il-paċi fid-dinja. Wara li kitbuhom waħħluhom ma straws u ħaduhom magħhom id-dar.
 
Kien hemm ukoll l-istand ta’ Rafiki fejn  qassam is-soft toys lil kulħadd u jieħu r-ritratti ma’ kulħadd. Kemm ħa gost! Beda jqassam ukoll il-ktieb ‘L-internet fil-Ġungla’ lil kulħadd.
 
Fl-aħħar spiċċajna bl-logħba Pass the Parcel, fejn it-tfal qagħdu ċirku u bdew jgħaddu rigal imgeżwer lil xulxin meta jien ngħid Stop, jiftħu l-ewwel wrapper.  Jirbaħ min jiftaħ l-aħħar wrapper tar-rigal.
 
Kien hemm atmosfera sabiħa u t-tfal qalu li ħadu gost ħafna. Kemm il-Kappillan u l-katekisti ilkoll qalu kemm it-tfal tal-Manikata ħadu gost u kemm dawn l-ispazji kienu effettivi. Ħadd ma ried jiċċaqlaq minn hemm!
 
Nirringrazzja lill-helpers kollha li ġew jgħinuna li għalihom ukoll kienet esperjenza sabiħa.

Kitba ta’ Nancy Camilleri