English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Niċċaħħad minni nnifsi jigifieri nċedi. Dejjem tgħallimna li min iċedi jirbaħ. Żgur li xi darba tajtu xi ħelwa lil xi ħadd, jew selliftu xi kuluri jew pinna, jew xi ħaġa li ħaddieħor ma kellux. Ħalli naraw it-tfal f’dan il-filmat minn x’hiex iċċaħħdu biex jgħinu lil ħaddieħor.

Ħsieb Riflessiv

Kif taħsbu li ħassewhom it-tfal f’dan il-video? Żgur li ma kinitx faċli għalihom id-deċiżjoni li ħadu, li jgħinu lil dak ir-raġel li ma kellux fejn joqgħod minflok ħadu ġelat.  Żgur li xtaqu ħafna li jieħdu ġelat, imam ġo qalbhom żgur li ħassew ferħ kbir għax għal ftit ħin insew lilhom infushom biex jgħinu lil ħaddieħor iħossu aħjar. U fil-fatt x’kienet l-ewwel rejazzjoni tagħhom wara l-att ġeneruż? Marru jiġru jgħannqu l-ġenituri tagħhom, u lil dawk li jieħdu ħsiebhom.

Talba

O Alla, għallimna ma nibżgħux nieħdu deċiżjonijiet biex ngħinu lil oħrajn iħossuhom aħjar, anke jekk ikun meħtieġ li nbatu xi ftit. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English