English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Fit-tieni jum tax-xahar ta’ Novembru, wara li ċċelebrajna Jum il-Qaddisin Kollha, niftakru fil-mejtin kollha. Hija ġurnata fejn niftakru f’dawk li ħallewna. Matul din il-ġurnata, u x-xahar ta’ Novembru, ejjew niftakru f’familjari u ħbieb li mietu.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Matul dan il-jum u fix-xahar ta’ Novembru kulħadd huwa mħeġġeġ li jiftakar ftit fil-familjari u l-ħbieb tagħna li ħallewna. Il-festa tal-lum ilha tiġi ċċelebratha mill-qedem. Il-mejtin għandhom bżonn it-talb tagħna biex Alla jipprepara post għalihom fil-ġenna. Ejjew nagħmlu mument tas-skiet u niftakru f’xi ħadd li ħalliena.

Talba

Mulej Alla li tinsab fis-sema, nitlob u nittama li l-persuna jew persuni li ħsibna fihom hi/hu/huma ferħana bil-preżenza tiegħek għal dejjem.

Ipprintja l-paġna

English