English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Merħba lil kulħadd. Forsi diġà nafu xi wħud minn dawk tal-klassi, iżda jaf hawn min huwa ġdid. Allura ejja nużaw din is-sena sabiex nibnu familja flimkien, kemm dawk li diġà nafu kif ukoll dawk li mhux wisq. Ejja nħarsu lejn dan il-filmat li jagħtina l-esperjenza ta’ xi ħadd li jħossu waħdu:  

Ara

Ħsieb Riflessiv

L-istudenti għall-ewwel bdew jinjorawh lill-istudent li kien waħdu u bdew jaħsbuha x’jaqbdu jagħmlu.  Iżda meta l-istudent poġġa taħt it-tabella tal-ħbieb, l-istudenti bdew iduru miegħu. Jekk tħossok waħdek bħat-tifel tibżax issaqsi għall-ħbieb u jekk tara lil xi ħadd waħdu, tibżax tagħmel ħbieb mal-persuna u tintroduċiha ma’ nies oħra. Hekk l-iskola issir familja.  

Talba

Għażiż Alla, iftħilna għajnejna biex naraw aħjar lil ta’ madwarna u iftħilna qalbna sabiex insiru ħbieb tagħhom. Ammen.  

English