English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Għeżież tfal, ftakru li t-tfulijia tagħkom hi żmien tassew sabiħ. It-tfulija hija żmien fejn titgħallmu ħafna affarijiet, tesperimentaw, tistaqsu, tiskopru u ssibu kontinwament l-għajnuna ta’ min jieħu ħsiebkom. Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

X’rajna f’dan il-video? (Xi tfal jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom). Mhux it-tfal kollha għandhom ix-xorti li jgħixu t-tfulija tagħhom bħalkom: imorru l-iskola, jitgħallmu affarijiet ġodda, jilagħbu, jipprattikaw il-passatempi tagħhom, għandhom l-uniformi u x’jilbsu. Hawn tfal li minħabba ċ-ċirkustanzi f’pajjiżhom jew fil-familji tagħhom, iridu jmorru għax-xogħol biex jgħinu lill-familji tagħhom fl-ispejjeż. Ejjew nagħmlu mument żgħir ta’ skiet naħsbu ftit f’dawn it-tfal li qed ibatu filwaqt li nirringrazzjaw lil Alla li aħna qegħdin ngħixu t-tfulija tagħna kif għandna d-dritt li ngħixuha.

Talba

Alla ħanin, għinna nferrħu li dawk li jieħdu ħsiebna u agħti l-għajnuna lil dawk it-tfal kollha li jiġu mċaħħda li jgħixu ferħanin u li jitgħallmu. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English