Introduzzjoni
Animatur: Bonġu/waranofsinhar it-tajjeb, għeżież studenti! Nilqgħukom għar-riflessjoni tal-lum fuq li tgħix l-imħabba permezz tal-missjoni tagħna. Aħna li nimxu wara Ġesù, imsejħin li nkunu parteċipanti attivi fil-missjoni t’ Alla ta’mħabba u ħniena fid-dinja. Illum ser niflu l-qawwa li tbiddel ta’ din il-missjoni u kif tista’ ssawwar ħajjitna u r-relazzjonijiet tagħna.
Vidjo Klipp
L-animatur jgħid lill-istudenti jaraw dan il-vidjo klipp qasir, intitolat
Vokazzjoni 101: X’inhi Vokazzjoni?
Animatur: Hux kien t’ispirazzjoni dan il-vidjo? Ifakkrek li kull wieħed minna għandu rwol uniku xi jwettaq fil-missjoni t’Alla ta’mħabba. Issa, noqogħdu nirriflettu ftit fuq dak li rajna u niddiskutu kif nistgħu ngħixu fil-milja kollha tagħha l-missjoni ta’ mħabba fil-ħajja tagħna.
Riflessjoni
Animatur: Il-Bibbja tgħallimna li aħna msejħa nkunu ambaxxaturi ta’ Kristu, naqsmu Imħabbtu u l-messaġġ tas-salvazzjoni mad-dinja. F’Mattew 28:19-20, Ġesù jgħid:
“Morru għalhekk u agħmlu dixxipli min-nazzjonijiet kollha, għammduhom fl-isem tal-Missier, ta’ Ibnu u tal-Ispirtu s-santu, għallmuhom jobdu dak kollu li kkmandajtkom. U ara, jiena magħkom sal-aħħar taż-żminijiet.”
Dawn il-kliem ifakkruna li l-missjoni tagħna mhix ristretta għall-ħitan tal-knisja imma testendi għal kull aspett tal-ħajja tagħna. Aħna msejħa nkunu eżempji ħajja tal-imħabba t’Alla, u nferrxu d-dawl u l-mogħdrija Tiegħu kull fejn immorru.
L-animatur jistieden lill-istudenti jaħsbu ftit meta ħassew sodisfazzjon tassew kbir għax għal għan nobbli wettqu missjoni ta’ mħabba.
X’impatt kellha din l-azzjoni fil-ħajja tagħkom u f’dik tal-oħrajn?
L-animatur jagħmel waqfa żgħira biex l-istudenti jipparteċipaw.
Animatur: Biex nwettqu din il-missjoni tagħna, ninħtieġu qlubija, fidi u rieda li noħorġu mir-rokna komda tagħna. Tfisser li jkollna nużaw d-doni u t-talenti waħdanin tagħna biex naqdu lill-oħrajn, u b’hekk nagħmlu differenza pożittiva fi-dinja.
Attività
L-animatur isaqsi dawn il-mistoqsijiet biex l-istudenti jipparteċipaw:
- Kif nistgħu niskopru l-missjoni ta’ mħabba unika tagħna? X’passi nistgħu nieħdu biex nagħrfu s-sejħa tagħna f’ħajjitna?
- Hemm xi modi prattiċi li bihom nistgħu ngħixu b’mod sħiħ din il-missjoni tagħna ta’ mħabba fl-iskejjel u l-familji tagħna, u l-komunitajiet?
- Hemm xi qaddisin jew figuri bibliċi li jispirawk bl-eżempju tagħhom kif għexu l-missjoni tagħhom? Kif dan l-eżempju tagħhom jisfidak biex inti tħaddan din il-missjoni tiegħek ta’ mħabba?
L-animatur jistieden lill-istudenti joqogħdu ftit jiddiskutu dawn il-mistoqsijiet jew jiktbu ħsibijiethom għar-riflessjoni personali.
L-animatur jagħmel waqfa biex l-istudenti jipparteċipaw.
Talba
Animatur: Ejja issa niġbru ħsibijietna u ndawru qlubna lejn Alla waqt li nitolbu.
Għażiż Mulej, għinna niskopru d-doni uniċi u t-talenti li tajtna, u li nużawhom biex nagħmlu mpatt pożittiv fid-dinja waqt li nkomplu l-mixja tagħna ta’mħabba permezz tal-missjoni tagħna.
Fl-isem ta’ Ġesù Kristu, is-Salvatur tagħna u mudell, waqt li nitolbu. Amen.
Animatur: Grazzi lil kulħadd talli ngħaqaddtu magħna f’din ir-riflessjoni fuq li tgħix l-imħabba permezz tal-missjoni tagħna. Jall nħaddnu s-sejħa unika tagħna u ngħixu fil-milja kollha tagħha l-missjoni ta’mħabba b’ferħ u b’rieda soda.
Ikollkom ġurnata mbierka!