English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed Imexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni

Li tikber fl-età mhux faċli, tibda tħossok għajjien, u oħrajn anke jħossuhom waħidhom, iżda aħna rridu nkunu ċerti li nieħdu ħsieb l-anzjani ta’ madwarna. Din il-kanzunetta hi fuq raġel anzjan iżda li jaf jieħu ħafna gost. Ejjew inkantawha flimkien.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Dan ix-xwejjaħ kien jaf jieħu gost. L-anzjani għandhom ħafna stejjer x’jgħidulna, u huwa importanti ħafna li nisimgħuhom. L-anzjani għandhom ħafna x’ jgħallmuna u tajjeb li ntuhom post iktar importanti f’ħajjitna.

Talba

Alla Ħanin, għin lill-anzjani speċjalment lil dawk li huma waħidhom. Amen.

Jekk tixtieq tipprintja dan l-assembly agħfas CTRL + P

English