English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

L-imħabba għandna ngħixuha fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, f’kull ċirkustanza li ngħaddu minnha. Alla jgħallimna kif għandna nħobbu. L- imħabba tfisser li turi interess f’xi ħaġa jew xi ħadd.Meta naħsbu f’xi ħadd, ifisser li aħna nħobbuhom.Din l-assembly hija ddedikata b’mod speċjali lit-tfal tal-kulleġġ Sant’Injazju. Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Ħsieb Riflessiv

Hemm bżonn li aħna nħobbu lil xulxin. Alla jħobbna u jgħinna biex inħobbu lill-oħrajn, speċjalment lill-familja, ħbieb u ’l dawk kollha li jieħdu ħsiebna. Għalhekk l-imħabba tfisser li nieħdu ħsieb lill-oħrajn, nitkellmu magħhom u naqsmu magħhom minn dak li għandna. L-imħabba hija li nwasslu l-messaġġ t’Alla lill-oħrajn.

Wieħed mill-kulleġġi jismu San Injazju. San Injazju kien saċerdot Spanjol magħruf li għex ħajja jagħti servizz, karità, u jgħallem dwar il-ġustizzja.

Talba

Alla Missier, grazzi talli tħobbna u talli qiegħed dejjem magħna. Grazzi tan-nies li jħobbuna. Bierek lil dawn in-nies u għinna biex inħobbu u ngħinu lil kulħadd. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English