English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed imexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni

Aħna t-tfal nistgħu nħobbu lil xulxin. Meta nkunu qed inħobbu lil xulxin? (Xi tfal jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom).

Ejjew nkantaw din il-kanzunetta flimkien:

Ħsieb Riflessiv

It-tfal huma l-futur tad-dinja u jistgħu jagħmlu ħafna ġid madwarhom. Għalhekk aħna t-tfal għandna dejjem nobdu lil dawk li jieħdu ħsiebna u nkunu ħbieb ta’ xulxin.

Wieħed mill-kulleġġi jisimu Santa Klara. Santa Klara għarfet tgħix ħajja sempliċi u sabiħa. Il-festa tagħha tiġi ċċelebrata fil-11 t’Awwissu.

Talba

O Alla, għinna nkunu tfal tajbin. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English