English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Kemm nagħmlu affarijiet li jagħmluna ferħanin għal ftit ħin u mbagħad malajr igħaddi kollox! X’taħsbu li jagħmilna verament ferħanin? Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Inħossuna ferħanin meta nagħmlu xi ħaġa tajba u naraw li dawk ta’ madwarna jħossuhom ferħanin ukoll. Il-ferħ veru ma nsibuhx fl-affarijiet li jkollna u f’dak li nagħmlu, imma meta nagħmlu t-tajjeb, inħobbu u naħfru. Meta aħna nagħmlu dan, u l-oħrajn jagħmlu bħalna, inkunu qed ngħixu f’armonija u l-armonija ġġib il-ferħ.

Talba

O Alla, għallimna nkunu dejjem ferħana, biex inferrħu lill-oħrajn. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English