English

Ħsieb Riflessiv

Carlo Acutis kien wieħed minn dawn in-nies. Kien iħobb u jgħin lil kulħadd. Kien tifel dejjem ferħan u jobdi.

Talba

Mulej, għallimna ngħinu u nħobbu lil xulxin. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Il-qaddisin huma dawk in-nies li jgħixu ħajja normali, iżommu t-tbissima, jagħżlu li jagħmlu t-tajjeb u jifhmu lill-oħrajn. Ejjew naraw dan il-vidjo flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Carlo jgħallimna biex ngħixu ħajja sempliċi billi nagħmlu dak li nieħdu pjaċir nagħmlu, ngħinu u nieħdu ħsieb lill-oħrajn, nobdu lil dawk li jridulna l-ġid, u naraw il-preżenza t’Alla f’kulħadd. Dan kollu jagħmilna ħbieb ta’ Alla u l-ħajja tagħna ssir talba għalih.

Talba

Mulej Alla, għinna biex ngħixu ħajja tajba, nkunu dejjem ferħanin, u nimmoderaw ruħna f’kollox. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Il-qaddisin jgħallmuna li l-ħajja hija dejjem sabiħa minkejja dak kollu li ġġib magħha. Ejjew naraw dan il-vidjo flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Carlo Acutis jgħallimna kif ngħixu l-ħajja bl-eżempji sbieħ li jagħtina. Kien jagħmel l-istess affarijiet li jagħmel bniedem normali, jiekol, joħroġ, imur l-iskola, jaqra, jimxi, jgħum, jilgħab il-futbol, jiġri, jiltaqa’ mal-ħbieb, jagħmel riċerka, jara l-films u ħoloq ukoll website. Dan kollu Carlo kien jagħmlu b’sempliċità u b’imħabba kbira għal Alla. Kien dejjem iżomm it-tbissima fuq wiċċu anke meta kien qed ibati.

Talba

Alla Missier agħtina l-għajnuna biex lilek dejjem inpoġġuk fiċ-ċentru ta’ ħajjitna u nagħmlu kollox għalik. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni

Il-qaddisin jgħallmuna li l-ħajja hija dejjem sabiħa minkejja dak kollu li ġġib magħha. Ejjew naraw dan il-vidjo flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Bil-ħajja tiegħu, speċjalment fir-relazzjonijijet tiegħu mal-oħrajn, l-empatija li kien juri, bl-eżempji sbieħ li kien jagħti lil kulħadd, Carlo jurina kemm hi sabiħa l-ħajja meta ngħixuha bl-iktar modi komuni. Nagħmlu dak li għandna nagħmlu dejjem bi tbissima, b’imħabba, b’attenzjoni, u b’enerġija għal Alla.

Talba

Nitolbuk Mulej biex bħal Carlo, ngħixu ħajja ta’ relazzjoni sabiħa miegħek permezz ta’ dak kollu li nagħmlu. Għinna nsibuk f’dak kollu li nesperjenzaw, fin-nies li niltaqgħu magħhom, iżda b’mod speċjali, permezz tat-talb. Fakkarna li inti qiegħed dejjem tistenniena biex niltaqgħu miegħek. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English