English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Ġie li tajt l-għajnuna lil xi ħadd li kellu bżonn? Forsi tajt ftit mill-ikel jew minn dak li għandek lil xi ħadd? Dan ifisser li inti kont ġeneruż/a. Meta inti tkun ġeneruż/a l-oħrajn jagħmlu bħalek u jagħmlu dik il-ħaġa tajba, għalhekk il-ġenerożità tittieħed! Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Tkun ġeneruż tfisser tgħin anke meta ssibha diffiċli. Aħna lkoll imħeġġin biex inkomplu din il-missjoni ta’ ġenerożità li bdew ta’ qabilna billi ngħinu u nagħtu minn dak li hu tagħna. Aħna nistgħu naqsmu ma’ ħaddieħor minn dak li għandna fosthom l-ikel, il-ħin,i l-ferħ, xi tgħanniqa u b’ħafna modi oħra. Issa, se naħsbu ftit f’dawk in-nies li kienu ġenerużi magħna u għenuna nkunu kuntenti.

Wieħed mill-Kulleġġi msemmi għal San Nikola. Dan kien l-iktar persuna ġeneruża mat-tfal u ż-żgħazagħ.  Il-festa tiegħu tiġi ċċelebrata madwar id-dinja kollha fis-6 ta’ Diċembru.

(49) Prayer of Generosity – YouTube

Talba

Mulej Alla, għinni biex nagħti iktar milli nirċievi. Agħtini l-għerf biex ngħin lill-oħrajn b’kull mod u biex inħobb lil kulħadd bħalma ħabbejtni int. Amen.

Ipprintja l-paġna

English