Merħba
Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed imexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.
Introduzzjoni
Fil-klassi nagħmlu ħafna attivitajiet differenti u vera nieħdu pjaċir. Inti x’tieħu gost tagħmel l-iktar? Għaliex? (Xi tfal jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom). Ejjew naraw kemm nistgħu noħolqu u nagħmlu affarijiet sbieħ biex kulħadd jieħu gost:
Ara
Ħsieb Riflessiv
Waqt il-ħin li nagħmlu l-iskola jkollna attivitajiet differenti bħal meta nisimgħu xi storja, inpinġu, nilagħbu u nitgħallmu n-numri u l-ittri. Niktbu sentenzi bil-Malti u bl-Ingliż u nagħmlu s-somom. Nieklu u noħorġu nilagħbu fil-bitħa, inkantaw. Il-ħin li nagħmlu l-iskola jgħinna nindunaw kemm nistgħu u aħna kapaċi nagħmlu affarijiet sbieħ. Tajjeb li dak li nagħmlu l-iskola nkomplu nagħmlu ftit minnu d-dar ukoll ħalli nkomplu nikbru fi tfal b’saħħitna u nkunu nafu nagħmlu ħafna affarijiet sbieħ u nferrħu lil kulħadd.
Talba
Mulej Alla, għinna biex inkomplu nieħdu pjaċir flimkien u nagħmlu ħafna affarijiet sbieħ. Ammen.