English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Il-persuni bi bżonnijiet speċjali huma umani wkoll. L-għixien tagħhom u l-modi kif jitgħallmu jistgħu jkunu differenti.  Kulħadd huwa speċjali. Aħna lkoll ħbieb. Ilkoll ħaġa waħda. Aħna lkoll aħwa. Ejjew naħsbu f’dawn in-nies u fid-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom filwaqt li naraw dan il-video:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Għalkemm it-tfal bi bżonnijiet partikolari jistgħu jsibuha diffiċli li jwettqu xi affarijiet, dan ma jfissirx li m’għandhomx kapaċitajiet u abbilitajiet u li ma jistgħux jitgħallmu. Dawn il-persuni għandhom bżonn l-impabba, l-empatija u li jkunu stmati daqs ħaddieħor biex jgħixu l-ħajja tagħhom. Bħalma Ġesù ħabb lil kulħadd speċjalment lil dawk li kellhom xi tip ta’ tbatija, aħna mħeġġin biex nħobbuhom u nissapportjawhom fil-bżonnijiet u f’dak li jixtiequ.

Talba

Mulej, għinna napprezzaw iktar lil kulħadd u għinna nifhmu li kulħadd jista’ juża l-abbiltajiet tiegħu anke jekk isib id-diffikultajiet. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English