English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

X’jagħmlu n-naħal fix-xehda tagħhom? Jaħdmu flimkien, imma kulħadd fuq xogħlu. Ikunu qed jaħdmu fuq il-proċess biex jagħmlu l-għasel, li mbagħad igawdu minnu huma u aħna. Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Ħsieb Riflessiv

In-naħal jgħallmuna kemm hu sabiħ li nkunu flimkien, li naħdmu flimkien. Meta jkun hemm grupp kbir jaħdem flimkien, dejjem ikun hemm persuna li tmexxi. In-naħal għandhom ir-reġina naħla, li hija l-ikbar waħda. Il-forma tagħha hija ftit differenti mill-oħrajn, u tmexxi lil kulħadd; kulħadd jisma’ minnha, u għalhekk fix-xehda dejjem hemm l-ordni. Aħna għandna dejjem nimitaw in-naħal fil-klassi, nisimgħu minn dak li tgħidilna l-għalliema u nagħmlu xogħolna sew. B’hekk inkunu bħan-naħal fix-xehda, nagħmlu kollox ħaġa waħda flimkien.

Talba

Mulej Alla, kompli ħu ħsiebna biex nagħrfu ningħaqdu iżjed flimkien, nisimgħu lil xulxin iktar u bħan-naħal nifhmu l-importanza ta’ xulxin u nsiru iktar aħwa bejnietna. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English