English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Ġieli smajtu fl-aħbarijiet jew minn xi ħadd li kien qed jagħti l-esperjenza tiegħu li salva jew għen lil xi ħadd u bdew isejħulu eroj? Azzjoni sabiħa bħal din tfakkarna li aħna aħwa ta’ xulxin. Ilkoll ninsabu fl-istess ċirkustanzi għalhekk għandna bżonn lil xulxin. Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Kulħadd għandu l-familja jew inkella xi adulti li jieħdu ħsiebu, bħall-ġenituri, in-nanniet, zijiet u l-kuġini. Dawn huma l-ewwel nies li jgħallmuna nħobbu lill-oħrajn. Imma rridu niftakru li aħna nagħmlu parti minn familja ikbar – il-familja tar-razza umana. Il-bnedmin tad-dinja kollha jistgħu jingħaqdu billi jaċċettaw, jirrispettaw, iħobbu u jaħfru lil xulxin.

Talba

Nitolbu lil Alla jgħallimna nieħdu ħsieb xulxin bl-aħjar mod li nistgħu. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English