pexels/francesco ungaro: in God like fish in water

English

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Ta’ min ifaħħrek u jgħollik fuq kollox għal dejjem.

1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla”. (Ġw 3, 16-18)

    pexels/aleksey nosov: but the night shines as the day, for the darkness is like light to You (Psalm 139,2)

    i. Ġesù qal lil Nikodemu: “Alla hekk ħabb lid-dinja …

    Fid-dalma tal-lejl,
    għax id-dawl tal-jum ma ħalliehx ifittex aktar fil-fond
    Nikodemu jiltaqa’
    fid-dalma tal-lejl
    fis-silenzju ‘l fuq mill-baħħ u l-konfużjoni
    ma’ Ġesù, il-Kelma tal-Missier
    li jieħu inizjattiva, joħloq, iħobb lid-dinja.
    Id-dlam tal-lejl jiddi, jeħles!

    Irrifletti:

    Xi tfisser għalik l-inizjattiva t’Alla?

    pexels/jordan bergendahl: God is joy in trust, in entrusting

    ii. “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem”

    F’dinja fejn kulħadd alla għalih
    u “alla tagħhom hu żaqqhom”
    fejn wieħed jirkeb fuq l-ieħor

    Alla ta lil Ibnu l-waħdieni
    Jagħti lil Ibnu
    U min jirċeviH, isib ukoll
    libertà, direzzjoni (ma jintilifx)
    ħajja u aktar ħajja
    Għax il-misteru t’Alla mhux l-għeluq
    Iżda l-ftuħ, l-għotja, li tirċievi, relazzjoni
    Ġesù, Alla-bniedem-għall-oħrajn.

    Irrifletti:

    Fejn kellek esperjenza sabiħa ta’ ħajja li ħierġa minn esperjenza ta’ ġenerożità.

    pexels/ron lach: God is the in between too!

    iii. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu.

    L-imħabba ma tfittix li tirbaħ
    Li tikkanċella lill-ieħor
    Li tidher hi biss
    Li tassorbi l-persuna l-oħra
    Li ġġib dipendenza

    L-imħabba tiġġenera relazzjoni mhux pika
    Kuntatt mhux iżolament
    Kumplimentarjetà mhux monotonija
    Awtorità li terfa’ mhux dittatura li titfi

    Spirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja

    Itlob:

    Ejja Spirtu s-Santu, int li ġej mill-Missier u mill-Iben!

    3. Missierna

    Thanks to Fr Jimmy Bonnici for this reflection

    English