Iż-żgħażagħ jifirħu bit-tama: xhieda ta’ Kristu fl-Ewropa tal-lum
Tliet Maltin li jaħdmu maż-żgħażagħ u l-edukaturi rrappreżentaw il-Knisja Maltija waqt laqgħa tal-Kunsill tal Konferenzi tal Isqfijiet Ewropej (CCEE) li saret f’Santiago de Compostela fi Spanja bejn id-19 u t-22 ta’ Settembru 2024.
L-attività bit-tema “Iż-żgħażagħ jifirħu bit-tama: xhieda ta’ Kristu fl-Ewropa tal-lum” laqqgħet diversi membri tal-kummissjoni taż-żgħażagħ fi ħdan is-CCEE, żgħażagħ, edukaturi, rappreżentanti universitarji u dawk li jaħdmu fil-qasam tal-vokazzjonijiet.
F’isem Malta pparteċipaw Maria Emma Buhagiar li rrappreżentat liż-żagħżagħ, Silvana Cardona li rrappreżentat l-iżvilupp spiritwali fl-iskejjel, u Benjamin Flores Martin, id-Delegat tal-Arċisqof għaż-Żgħażagħ…