Author: Ms Silvana Cardona

Vjaġġ ta’ ispirazzjoni!

Il-kors inawgurali ‘Creating and Animating Prayer Spaces’ organizzat mill-PFI u SDS intemm f’Diċembru 2022, fejn rawwem konnessjonijiet profondi fil-persuna, mal-parteċipanti, mad-dinja, u ma’ Alla. Permezz tal-esperjenza ta’ prayer spaces, it-18-il parteċipant/a li temmew il-kors ta’ tliet ġimgħat, niżlu fil-profond tal-ġewwieni tagħhom, fehmu l-qawwa trasformattiva tat-talb, u nibtet konnessjoni li se tibqa’ f’qalbhom.

Uħud mir-rispons mill-parteċipanti

“Kors uniku għall-aħħar b’bilanċ eċċellenti bejn it-teorija u l-prattika…

Kompli aqra »

Kors ta’ Tliet Ġimgħat bl-isem ‘Creating & Animating Prayer Spaces’

Il-kors Creating and Animating Prayer Spaces li ġie ffurmat b’kollaborazzjoni bejn l-Iżvilupp Spiritwali fl-Iskejjel u l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali huwa mfassal biex jgħin lill-parteċipanti bl-għarfien neċċessarju u l-ħiliet meħtieġa biex joħolqu u jmexxu spazji ta’ talb armati f’post partikolari.

Il-post armat jista’ jkun ġewwa skola, ċentru taż-żgħażagħ, sala parrokkjali, fuq il-post tax-xogħol, fi spazju miftuħ ġewwa jew fuq barra.

Il-kors joffri lill-parteċipanti l-opportunità li jikbru fil-konnessjoni personali magħhom infushom, mal-oħrajn, mad-dinja u ma’ Alla permezz tal-esperjenza tal-ispazji tat-talb…

Kompli aqra »

Jien Eroj Meta …

It-tim tal-Iżvilupp Spiritwali fl-Iskejjel (SDS) flimkien ma’ membri ta’ prayer spaces reġgħu kkollaboraw flimkien mal-FES u offrew l-esperjenza ta’ spazji ta’ talb lit-tfal li jattendu Skolasajf.

Skola Sajf 2022 Logo

Din is-sena, it-tema ewlenija għal Skolasajf 2022 ġiet imnebbħa mis-slogan ‘Earth Heroes, Unite!’’ Din kienet stedina għal kulħadd biex jingħaqad u jaħdem għal ambjent u soċjetà b’saħħithom. Kienet ukoll opportunità biex tispira lit-tfal biex ikunu ċittadini li jieħdu ħsieb il-komunità tagħhom u l-ambjent li jgħixu fih. 

Postijiet

L-ispazji ta’ talb ġew offruti f’żewġ postijiet differenti…

Kompli aqra »