It-Talenti Tagħna
Istruzzjonijiet Merħba
Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.
Introduzzjoni
It-talenti huma rigali. Huwa Alla li jagħti dawn it-talenti. Tieħu gost tkanta, tiżfen, tpinġi jew tipprattika xi sport? Dawn huma kollha talenti. Dawn it-talenti jagħmluna uniċi u speċjali u anke ġenerużi ma’ xulxin. Ejjew inkantaw flimkien:
Ara Ħsieb Riflessiv
X’inhu t-talent tiegħek? (Hawnhekk min jixtieq mit-tfal jista’ jsemmi t-talenti tiegħu.) Dawn it-talenti jagħmluna differenti minn xulxin, imma meta nużaw it-talenti tagħna nkunu qed ngħinu lil xulxin biex ningħaqdu iktar u nħossuna aħjar…