English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

L-Erbgħa tal-Irmied huwa l-bidu tar-Randan. Għalkemm nagħmlu sagrifiċċji zgħar matul dawn l-40 jum, dan ma nagħmluhx bħala moħqrija, iżda biex napprezzaw iżjed ir-rigal tal-Għid. Fl-Erbgħa tal-Irmied aħna niġu immarkati bl-irmied, li jfakruna kemm huma importani li nibqgħu umli. Ejja naraw dan il-filmat flimkien.

Ara

X’rajna li ġara fil-filmat?

Ħsieb Riflessiv

L-irmied jfakkarna li aħna ġejna mix-xejn u nsiru xejn – mhux biex nibżgħu imma biex niftakru nibqgħu umli, b’saqajna mal-art, u nirrispettaw id-dinjita’ ta’ kulħadd. F’ dan il-filmat persuna għenet lill-oħra, persuna rrispetat lill-oħra. Ħadd ma kien aqwa, kollha nies, kollha irmied, kollha l-istess.

Talba

Għażiż Alla, nitolbu għal Randan imbierek. Nitolbu li jkun żmien ta’ esperjenzi li jresquna iżjed lejk. Ammen.

English

« Back to Year Theme