English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Il-qaddisin huma dawk in-nies li jgħixu ħajja normali, iżommu t-tbissima, jagħżlu li jagħmlu t-tajjeb u jifhmu lill-oħrajn. Ejjew naraw dan il-vidjo flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Carlo jgħallimna biex ngħixu ħajja sempliċi billi nagħmlu dak li nieħdu pjaċir nagħmlu, ngħinu u nieħdu ħsieb lill-oħrajn, nobdu lil dawk li jridulna l-ġid, u naraw il-preżenza t’Alla f’kulħadd. Dan kollu jagħmilna ħbieb ta’ Alla u l-ħajja tagħna ssir talba għalih.

Talba

Mulej Alla, għinna biex ngħixu ħajja tajba, nkunu dejjem ferħanin, u nimmoderaw ruħna f’kollox. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English