English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Illum huwa l-Jum Dinji tal-Iżvillupp fix-Xjenza u l-Paċi. Ix-Xjenza hija parti essenzjali mill-ħajja tagħna ta’ kuljum. Din tinkludi affarijiet li għandhom il-ħajja, bħall-bniedem, l-annimali, il-pjanti u s-siġar. Jinkludi wkoll l-istilel, ix-xemx u l-qamar u l-ilma li jgħinuna nagħrfu l-imħabba u l-preżenza t’Alla fil-ħolqien. Ejjew inkantaw flimkien.

Ara

Ħsieb Riflessiv

L-interazzjoni bejn il-paċi u x-xjenza hija waħda kooperattiva.  Ix-xjenza hija l-iskoperta tal-univers. Ix-xjenza tgħinna nirrelataw mal-ħolqien li jgħinna nkunu fil-paċi, eż. meta nsaqqu l-pjanta u tkompli tikber.

Talba

Alla Missier, għinna nsibu modi biex inkunu ġenerużi mal-ħolqien ta’ madwarna. Amen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Illum huwa l-Jum Dinji tal-Iżvillupp fix-Xjenza u l-Paċi. Ix-Xjenza hija parti essenzjali mill-ħajja tagħna ta’ kuljum. Din tgħinna nifhmu affarijiet li għandhom il-ħajja bħall-bniedem, l-annimali, il-pjanti u s-siġar kif ukoll l-istilel, ix-xemx u l-qamar u l-ilma li lkoll jgħinuna nagħrfu l-imħabba, l-paċi, u l-preżenza t’Alla fil-ħolqien. Ejjew inkantaw flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

L-interazzjoni bejn il-fidi u x-xjenza hija waħda kooperattiva u li tagħti l-frott. Ix-xjenza hija l-iskoperta tal-univers. Il-fidi tgħinna biex nifhmu x-xjenza u permezz ta’ dan nifhmu b’mod iktar profond lill-Ħallieq. Nifhmu wkoll kif nistgħu naqdu lil dak kollu li hawn madwarna.  Li nkunu fil-paċi tagħmilna aħwa ta’ xulxin.

Talba

Alla Missier għinna nsibu modi biex inkunu ġenerużi mal-ħolqien ta’ madwarna. Agħti l-għerf tiegħek lix-xjentisti biex jaħdmu għall-ġid tal-bnedmin u tal-ħolqien kif ukoll għall-paċi. Amen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Illum huwa l-Jum Dinji tal-Iżvillupp fix-Xjenza u l-Paċi. Ix-Xjenza hija parti essenzjali mill-ħajja tagħna ta’ kuljum. L-interazzjoni tal-fidi u x-xjenza tgħin lil wieħed biex jikseb iktar għarfien tad-dinja ta’ madwarna li qegħda kontinwament tevolvi. Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

L-istudju fuq il-bniedem u l-iskoperta tal-univers jagħti provi li r-relazzjoni bejn ix-xjenza u l-paċi hija waħda li tagħti l-frott u li tirreċiproka. Ix-xjenza moderna ffjorixxiet fl-Ewropa tas-seklu 16 u 17. Dan il-perjodu huwa magħruf bħala r-revoluzzjoni xjentifika. Din ir-revoluzzjoni seħħet f’kultura ta’ fidi Nisranija, il-fidi li tittrażmetti l-paċi. Ix-xjentisti ta’ dawn is-sekli jemmnu li  l-univers huwa regolari, razzjonali u seren għaliex Alla huwa personali, razzjonali, ta’ fidi, u ta’ paċi. Din narawha fl-ewwel ktieb tal-Bibbja, l-Ktieb tal-Ġenesi: “U Alla ra li kollox kien sew.” (Ġen 1,31)

Talba

Alla Missier, inti li int il-għerq tax-xjenza, ispira lix-xjentisti biex iwasslu l-verità tiegħek b’modi li kulħadd jifhem. Agħtihom l-abbilità għat-tfittxija tal-liġi tiegħek u biex iġibu l-paċi. Amen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni:

Illum huwa l-Jum Dinji tal-Iżvillupp fix-Xjenza u l-Paċi. Ix-Xjenza hija parti essenzjali mill-ħajja tagħna ta’ kuljum. L-interazzjoni tal-fidi u x-xjenza tgħin lil wieħed biex jikseb iktar għarfien tad-dinja ta’ madwarna li qegħda kontinwament tevolvi. Ejjew naraw dan il-video flimkien.

Ħsieb Riflessiv

L-istudju fuq il-bniedem u l-iskoperta tal-univers tipprova li r-relazzjoni bejn ix-xjenza u l-paċi hija waħda li tagħti l-frott u li tirreċiproka. Ix-xjenza moderna ffjorixxiet fl-Ewropa tas-16 u s-17-il seklu. Dan il-perjodu huwa magħruf bħala r-revoluzzjoni xjentifika. Din ir-revoluzzjoni seħħet f’kultura ta’ fidi Nisranija, il-fidi li titrażmetti l-paċi. Ix-xjentisti ta’ dawn is-sekli jemmnu li  l-univers huwa regolari, razzjonali u seren għaliex Alla huwa personali, razzjonali, ta’ fidi u ta’ sliem. Din hija evidenti fl-ewwel ktieb tal-Bibbja, l-Ktieb tal-Ġenesi: “U Alla ra li kollox kien sew.” (Ġen 1,31)

Talba

Alla Missier, inti li int il-għerq tax-xjenza, ispira lix-xjentisti biex iwasslu l-verità tiegħek b’mod li kulħadd jifhem u jfittex l-abbilità għat-tfittxija tal-liġi tiegħek fil-paċi. Amen.

Ipprintja l-paġna

English