English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Kif qed inħossuna illum? Huwa importanti li nesprimu kif qed nħossuna u nitkellmu fuq dan ħalli b’hekk mhux biss ġisimna jkun b’saħħtu imma anke moħħna. Ejja nkantaw din id-diska flimkien:

Ara

Ħsieb Riflessiv

F’ din id-diska rajna diversi emozzjonijiet differenti u għalhekk mil-lum ‘l quddiem tkellem fuqhom u kun qalbek tajba ma’ sħabek milli ssaqsihom biss kif qed jħossuhom.

Talba

Għażiż Alla, għinna sabiex nespirmu l-emozzjonijiet tagħna b’mod onest u ħalli nieħdu ħsieb l-emozzjonijiet ta’ dawk ta’ madwarna. Ammen

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

 Fil-waqt li l-eżerċizzju u ikel bnin jgħinu lill-ġisimna jżomm b’ saħħtu, li nitkellmu u nesprimu dak li nħossu jgħin lil moħħna jżomm f’saħħtu, għaliex is-saħħa mentali hija importanti daqs dik tal-ġisem. Ejja nagħtu ħarsa lejn dan il-vidjo.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Meta xi ħadd jikser idejh jew saqajh, ngħinhom għaliex nistgħu naraw sew li huma mweġġa’ iżda s-saħħa tal-moħħ ma nistgħux narawha u għalhekk huwa impoartani li nisimgħu. Meta noħolqu ambjent fil-klassi sigur iżda komdu u miftuħ sabiex wieħed jitkellem, inkunu qegħdin ngħinu lil dawk li ma jħossuhomx tajjeb u jixtiequ lil xi ħadd jgħinhom. Huwa importanti li dejjem ngħidu lill-għalliema tagħna jekk nkunu ftit mħassba fuq xi ħadd, sabiex inkunu nistgħu nsibu professjonisti li jgħinuh aħjar.

Talba

Għażiż Alla, għinna noħolqu ambjent sigur fil-klassi tagħna, ambjent miftuħ fejn wieħed jistà jitkellem u jiġi mismugħ u jfittex għajnuna fejn jkollu bżonn. Ammen

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Fil-waqt li l-eżerċizzju u ikel bnin jgħinu lill-ġisimna jżomm b’ saħħtu, li nitkellmu u nesprimu dak li nħossu jgħin lil moħħna jżomm f’saħtu, għaliex is-saħħa mentali hija importanti daqs dik tal-ġisem. Ejja nagħtu ħarsa lejn dan il-video:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Meta xi ħadd jikser idejh jew saqajh, ngħinhom għaliex nistgħu naraw sew li huma mweġġgħa iżda s-saħħa tal-moħħ ma nistgħux narawha u għalhekk huwa impoartani li nisimgħu. Meta noħolqu ambjent fil-klassi sigur iżda komdu u miftuħ sabiex wieħed jitkellem, nkunu qedin ngħinu lil dawk li ma jħossuhomx tajjeb u jixtiequ lil xi ħadd jgħinhom. Huwa importanti li dejjem ngħidu lil għalliema tagħna jekk nkunu ftit mħasba fuq xi ħadd, sabiex nkunu nistgħu nsibu professjonisti li jgħinuh aħjar.

Talba

Għażiż Alla, għina noħolqu ambjent sigur fil-klassi tagħna, ambjent miftuħ fejn wieħed jistà jitkellem u jiġi mismugħ u jfittex għajuna fejn jkollu bżonn. Amen

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni

Kif nafu sewwa s-saħħa mentali hija importanti u xi ħaġa serja. Uħud minna jaf għaddew minn problemi ta’ saħħa mentali, jew għaddejien minnhom jew nafu lil xi ħadd li għaddej għadda minnhom. Għandna nżommu ġo moħħna li problemi fis-saħħa mentali huma iżjed komuni milli naħsbu, u m’għandniex minn xiex nistħu nitkellmu fuqhom. Dan il-filmat jagħtina ftit fatti fuq is-saħħa mentali u jgħina sabiex nifhmu aħjar:

Ara

Ħsieb Riflessiv

 

Kif rajna f’ dan il-filmat, wieħed minn ħames adolloxenti jsofru minn problemi tas-saħħa mentali u kulħadd jista’ jsofri minnhom. Huwa importanti li fil-klassijiet u l-iskejjel tagħna noħolqu ambjent fejn kulħadd jkollu vuċi u jitkellem bla mistħija u fejn kulħadd jkun lest jisma’ mingħajr ma jiġġudika, iżda jkun lest li jgħin, billi jkellem għalliem li jistgħu jwassluna qrib professjonisti.

Intom il-preżent u l-futur tad-dinja u għalhekk hija responsabilità tagħkom ukoll li twaqqfu l-mistħija fuq saħħa mentali. Għalkemm in-numru fl-aħħar tal-filmat huwa bbażat fl-Istati Uniti tal-Amerika, f’Malta għandna www.kellimni.com u n-numru 179 li joffru għajnuna f’mumenti ta’ kriżi.

Talba

Għażiż Alla, agħtina l-kuraġġ sabiex inkunu l-ġenerazzjoni li nġibu l-bidla u nneħħu mistħija minn fuq problemi tas-saħħa mentali u jsiru aċċettati iżjed fis-soċjetà. Għina nkunu t’għajnuna għal dawk li għaddejien minn problemi tas-saħħa mentali u għinhom jkollhom kuraġġ jitkellmu sabiex jindunaw li mhux qegħdin waħidhom. Amen

Ipprintja l-paġna

English