Merħba
Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”
Introduzzjoni
Din il- ġimgħa, fil-31 ta’ Jannar ser niċċelebraw il-festa ta’ San Ġwann Bosco. Ejjew insiru nafu xi ftit aktar lil dan il- qaddis u l-ħajja tiegħu permezz ta’ dan il-vidjow qasir.
Ara
Ħsieb Riflessiv
San Ġwann Bosco kien eroj ta’ veru! Il- forza u l-poteri tiegħu (is-superpowers) kienu l-qalb tajba u l-imħabba. Kien Alla li tah dawn is-super poteri. Alla jagħti lilna wkoll dawn il- qawwiet. Aħna lkoll għandna l-qawwa li nkunu nies ta’ qalb tajba u l-kapaċità li nħobbu. Dawn il-qawwiet jgħinuna biex nuru rispett lejn kulħadd. B’dawn il-poteri nistgħu nuru rispett lejn il-priġunieri u l-familji tagħhom, rispett lejn dawk bla dar u rispett lejn dawk li qed jitħabtu ma’ xi vizzju. Jekk, bħal San Ġwann Bosco, nuru qalb tajba u mħabba sinċiera lejn kull min hu mwarrab jew qed ibati, Alla jkun jista’ juri lil dawn in-nies li jħobbhom permezz tagħna. Bħalma Alla ħabb lin-nies li kienu mwarrba permezz ta’ San Ġwann Bosco, hekk Alla jrid li jħobb lil kulħadd permezz tagħna.
(Bħala skola tistgħu tiftħu iktar il-ħsieb u torganizzaw xi crafts fil-klassijiet relatati ma’ dawn is-superpoteri tal-imħabba u l-qalb tajba.)
Talba
Missierna li inti fis-smewwiet, nirringrazzjawk tal-ħajja u l-eżempju ta’ San Ġwann Bosco. Nirringrazzjawk għaliex lilna wkoll inti tajtna l-qawwa biex inkunu nies ta’ qalb tajba, biex inħobbu u nirrispettaw lil kulħadd. Nitolbuk tfarraġ u timla bit-tama lill-priġunieri, lill-familji tagħhom, lil dawk li jinsabu bla dar jew bla xogħol u lil dawk kollha li qed ibatu minħabba xi tip ta’ vizzju. Ammen.
Merħba
Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jixtieq l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”
Introduzzjoni
Din il- ġimgħa, fil-31 ta’ Jannar ser niċċelebraw il-festa ta’ San Ġwann Bosco. Ejjew insiru nafu xi ftit aktar lil dan il- qaddis u l-ħajja tiegħu permezz ta’ dan il-vidjow qasir.
Ara
Ħsieb Riflessiv
San Ġwann Bosco kien eroj ta’ veru! Il- forza u l-poteri tiegħu (is-superpowers) kienu l-qalb tajba u l-imħabba. Kultant, aħna verament nippruvaw nagħmlu minn kollox biex nimitaw lil xi ħadd famuż. Aħbar tajba għal dawk li jridu jsiru bħal San Ġwann Bosco hija li kien Alla li ta lil San Ġwann Bosc dawn il-poteri u lilna Alla jrid jagħtina dawn l-istess poteri wkoll! Aħna lkoll għandna s-superpotenzi tal-qalb tajba u l-imħabba. Dawn il-qawwiet jgħinuna biex nuru rispett lejn kulħadd. B’dawn il-poteri nistgħu nuru rispett lejn il-priġunieri u l-familji tagħhom, rispett lejn dawk bla dar u rispett lejn dawk li qed jitħabtu ma’ xi vizzju bħall-vizzju tad-droga, il-vizzju tal-alkoħol u l-vizzji tax-xiri u l-logħob. Meta nitolbu għal dawn in-nies u nuruhom qalb tajba u mħabba sinċiera, Alla jkun jista’ juri lil dawn in-nies li jħobbhom permezz tagħna. Bħalma Alla, permezz ta’ San Ġwann Bosco, ħabb lin-nies li kienu mwarrba, hekk Alla jrid li jħobb lil kulħadd permezz tagħna.
(Bħala skola tistgħu tiftħu iktar il-ħsieb u torganizzaw xi crafts fil klassijiet relatati ma’ dawn is-superpoteri tal-imħabba u l-qalb tajba.)
Talba
Missierna li inti fis-smewwiet, nirringrazzjawk tal-ħajja u l-eżempju ta’ San Ġwann
Bosco. Nirringrazzjawk għaliex lilna wkoll inti tajtna l-qawwa biex inkunu nies ta’ qalb
tajba, biex inħobbu u nirrispettaw lil kulħadd. Nitolbuk tfarraġ u timla bit-tama lillpriġunieri,
lill-familji tagħhom, lil dawk li jinsabu bla dar jew bla xogħol u lil dawk kollha li
qed ibatu minħabba xi tip ta’ vizzju. Ammen.
Merħba
Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jixtieq l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”
Introduzzjoni
Qatt ġralek li toħlom dwar xi ħaġa u din isseħħ verament? Dalgħodu ser insiru nafu kif permezz ta’ ħolma, tifel żgħir jismu John sar eroj ta’ veru!
Ara
Ħsieb Riflessiv
Alla uża l-ħolm fil-ħajja ta’ San Ġwann Bosco biex jiggwidah, jurih u jassigurah. Ħafna mill-ħolm tiegħu kellu x’jaqsmu ma’ ħajtu u l-missjoni tiegħu. Illum spiss nisimgħu dwar eroj li jħallu effett kbir fuq dawk ta’ madwarhom. San Ġwann Bosco kien eroj ta’ veru! Il- forza u l-poteri tiegħu (is-superpowers) kienu l-qalb tajba u l-imħabba. Kultant, aħna verament nippruvaw nagħmlu minn kollox biex nimitaw lil xi ħadd famuż. Aħbar tajba għal dawk li joħolmu kbir – Alla tana l-istess poteri li ta lil San Ġwann Bosco. Aħna lkoll għandna s-superpoteri ta’ qalb tajba, tal-ġentilezza u tal-imħabba.
Dawn il-qawwiet jgħinuna biex nuru rispett lejn kulħadd. B’dawn il-poteri nistgħu nuru rispett lejn il-priġunieri u l-familji tagħhom, rispett lejn dawk bla dar u rispett lejn dawk li qed jitħabtu ma’ xi vizzju bħall-vizzju tad-droga, il-vizzju tal-alkoħol u l-vizzji tax-xiri u l-logħob. Meta nitolbu għal dawn in-nies u nuruhom qalb tajba u mħabba sinċiera, Alla jkun jista’ juri lil dawn in-nies li jħobbhom permezz tagħna. Bħalma Alla ħabb lin-nies li kienu mwarrba permezz ta’ San Ġwann Bosco hekk Alla jrid li jħobb lil kulħadd permezz tagħna.
Talba
Billi se nkunu qed niċċelebraw il-festa ta’ San Ġwann Bosco, irridu nirringrazzjawk, O Alla, għall-ħajja u l-eżempju ta’ San Ġwann Bosco. Nirringrazzjawk għaliex lilna wkoll inti tajtna l-qawwa biex inkunu ġentili, nies ta’ qalb tajba li nħobbu u nirrispettaw lil kulħadd. Nitolbuk tfarraġ u timla bit-tama lill-priġunieri, lill-familji tagħhom, lil dawk li jinsabu bla dar jew bla xogħol u lil dawk kollha li qed ibatu minħabba xi tip ta’ vizzju. Ammen.