Monthly Archives: Awwissu 2023

Ngħixu l-imħabba permezz tal-paċi u l-ġenerożità – sessjoni

Preżentazzjoni Introduzzjoni

Animatur: Bonġu/Waranofsinhar it-tajjeb, għeżież studenti!

Merħba għar-riflessjoni tal-lum fuq li ngħixu l-imħabba permezz tal-paċi u ġenerożità. Aħna li nimxzu wara Kristu, aħna msejħin nkunu strumenti ta’mħabbtu fid-dinja billi nxerrdu l-paċi u l-ġenerożità kull fejn immorru. Illum, se niflu kif meta nħaddnu dawn il-kwalitajiet nistgħu nbiddlu ħajjitna u dik ta’ dawk ta’ madwarna.

Vidjo Klipp

L-animatur jgħid lill-istudenti jaraw vidjo klipp qasir bit-titlu:

Generosity Short Film

Animatur: Kemm iġiegħelek taħseb dan il-vidjo hux? …

Kompli aqra »

Ngħixu l-Imħabba permezz tat-tifkira tal-Oħrajn – sessjoni

Preżentazzjoni Introduzzjoni

Matul ix-xahar ta’ Novembru, imma speċjalment fit-2 jum ta’ Novembru aħna niġu mistiedna niftakru fil-qraba u l-ħbieb tagħna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Mod tajjeb kif nagħmlu dan huwa billi nżuruhom fiċ-ċimiterju u npoġġulhom fjuri u nixegħlulhom xemgħa fuq il-qabar.

Riflessjoni

Aħna, persuni, niddependu minn xulxin. Il-qaddisin li niċċelebraw fl-ewwel ta’ Novembru jitolbu ’l Alla għalina l-bnedmin li għadna qegħdin ngħixu fid-dinja…

Kompli aqra »

Ngħixu l-Imħabba permezz ta’ komunità – sessjoni

Preżentazzjoni Introduzzjoni

Għeżież tfal, tistgħu taraw dawn it-tfal f’din l-istampa? X’taħsbu li qegħdin jagħmlu? (It-tfal ser jagħtu xi suġġerimenti). Għandkom raġun, tfal, is-suġġerimenti tagħkom huma tajbin. Dik hija t-tifsira ta’ komunità, li aħna lkoll magħquda, inħobbu lil xulxin u ngħinu lil xulxin b’diversi modi. Komunità huma n-nies li jgħinuna.

Ejjew nisimgħu storja -‘Il-komunità tiegħi, aqra b’leħen għoli.

Riflessjoni

Il-komunità tiegħi, aqra b’leħen għoli

Wara li tkunu smajtu din l-istorja, it-tfal ser jitgħallmu min huma dawk in-nies li jagħmlu parti mill-komunità tagħna…

Kompli aqra »