Monthly Archives: Ottubru 2022

Mudelli ta’ Paċi – sessjoni

Preżentazzjoni Introduzzjoni

Animatur – Tfal, matul dan ix-xahar niċċelebraw festa kbira. X’festa hi?

Il-Milied! Il-festa ta’ meta twieled Ġesù Bambin u sar tifel bħalna.

Ejjew inkantaw flimkien Ninni la Tibkix Iżjed.

L-Istorja tal-Istalla

Animatur – Se naraw ftit, liema kienu l-annimali li kienu ħdejn Ġesù meta twieled fl-istalla tal-annimali.

L-annimali li kienu preżenti huma:

Il-Ħmara

Il-Baqra

In-Ngħaġ

L-Istorja tal-Milied

(Luqa 2:1-7)

Animatur: Issa se naqraw l-istorja tal-Milied ħalli naraw għalfejn Ġesù twieled ġo stalla…

Kompli aqra »

Nagħżel it-Tajjeb – sessjoni

Preżentazzjoni Introduzzjoni

Radd tas-Salib

Kif intom, għeżież studenti?

Ottubru spiċċa u bdejna xahar ieħor. F’liema xahar ninsabu bħalissa? Ninsabu fix-xahar ta’ Novembru. Fil-11 ta’ Novembru niċċelebraw festa ta’ qaddis li kien tifel bħalkom, imur kuljum l-iskola, u jobdi lil dawk kollha li jieħdu ħsiebu. Tafu min hu dan? San Martin! Dan hu San Martin.

Riflessjoni

Uri din l-istampa lit-tfal

Mistoqsijiet Qosra dwar l-istampa

  1. Liema minn dawn hu San Martin? …

Kompli aqra »

Il-Paċi hi Possibbli – sessjoni

Preżentazzjoni Introduzzjoni

Radd tas-salib

Għeżież tfal, hawn xi ħadd jaf jgħidli jien min jien?

Agħti ftit ċans lit-tfal jagħtu r-risposti tagħhom

Introduċi lilek innifsek

Tfal jiena jisimni …… U tafu x’se nkun qed nagħmel l-iskola? Se nkun qed niġi narakom l-iskola darba f’ġimgħa biex flimkien u anke mal-għalliema u l-edukaturi tagħkom nkomplu nitgħallmu dwar kemm Alla jħobbna u jridna nkunu t-tfal tiegħu…

Kompli aqra »