Fil-programm ‘Illum ma’ Steph’ li xxandar b’mod dirett nhar it-Tlieta 12 t’ Ottubru 2021 fuq TVM, Fr Reuben Gauci koordinatur tal-SDS flimkien ma’ Silvana Cardona ħaddiema pastorali fl-SDS, tkellmu dwar il-ħidma tagħhom fl-iżvilupp spirtwali fl-iskejjel, b’mod partikulari f’dawk tal-Istat u Indipendenti. Il-preżentattriċi s-Sa Stephanie Spiteri staqsiet dwar il-koordinament mar-Religious Counsellors u s-servizz tagħhom fl-iskejjel, kif ukoll dwar prayer spaces li hija waħda mill-inzjattivi li jgħinu lit-tfal jikbru fl-ispirtwalità tagħhom personali u flimkien.

Fr Reuben u Silvana wrew permezz tal-Prayer spaces noffru opportunità lit-tfal, żgħażagħ u adulti biex jesploraw il-mistoqsijiet kbar tal-ħajja, l-ispiritwalità u l-fidi. F’dawn l-ispazji ta’ talb, kull student li jipparteċipa b’mod liberu fihom iħossu milqugħ u jkun jista’ jirrifletti u jitlob f’mod sigur, interattiv u kreattiv.

Nirringrazzjaw lil Stephanie Spiteri u l-Uffiċju tal-Medja tal-Arċidjoċesi ta’ Malta talli ffaċilitaw li ssir din l-intervista viżiva.