L-Ispazji ta’ Talb (Prayer Spaces) huma spazji spiritwali professjonali li jagħtu opportunità lill-bniedem biex jiltaqa’ mill-qrib miegħu innifsu, mal-Ħallieq tiegħu, mal-oħrajn u jsir aktar konxju tad-dinja ta’ madwaru. Dawn l-ispazji għandhom l-għeruq fil-fidi nisranija imma huma miftuħa kemm għal persuni li jħaddnu kwalunkwe reliġjon, kif ukoll għal dawk li ma jħaddnu ebda reliġjon.

F’dal-każ l-ispazji ta’ talb saru f’ċentru tal-Katekeżi ma’ żewġ klassijiet.

L-Ippjanar tal-Ispazji

Biex noħloq dawn l-ewwel spazji ta’ talb li qatt għamilt, tajt kas ta’ dawn il-punti miktuba bil-grassett:

– L-udjenza kienu tfal li jattendu għall-katekiżmu fis-sena ta’ qabel il-preċett u t-tieni sena tal-katekiżmu, jiġifieri Kinder 2 u grade 3 fl-iskola.

– Din kienet l-aħħar lezzjoni tal-ewwel term, it-12 ta’ Diċembru tal-2022. Għalhekk għażilt xi spazji relatati mat-tema tal-Milied.

Numru ta’ spazji li ddeċidejt fuqhom kien ħamsa għax kelli tliet kwarti bħala ħin. Forsi erba’ kien ikun tajjeb ukoll imma xtaqt nagħmel wieħed żejjed f’każ li jkun hemm xi spazju ma jmurx tajjeb, ikun hemm xi ħin żejjed, jew il-persuni li qed jgħinu ma jħossuhomx komdi f’xi stazzjon minnhom.  

– L-għażla tal-ispazji: Peress li din kienet l-ewwel darba ridt inkun ċerta li l-ispazji li se nagħżel se jmorru tajjeb u li jolqtu l-bżonnnijiet ta’ din l-udjenza tant żgħira. Għalhekk dħalt fis-sit elettroniku sds.mt u rajt spazji differenti li nista’ nuża fis-sezzjoni Prayer Activities. Iddeċidejt fuq tlieta mill-ispazji li jew ġarrabt jien stess, wieħed li kont smajt lil xi ħadd li għamlu u kellu rispons tajjeb, u ieħor li ltaqt miegħu jien u nirriċerka fuq l-ispazji mis-sit elettroniku li semmejt u ħassejtni komda nippruvah. Ippruvajt nara li fl-ispazji jkun hemm opportunità li t-tfal jirriflettu fuqhom infushom, fuq Alla, fuq id-dinja u fuq l-oħrajn.

– Is-sigurtà hija prijorità dejjem aktar u aktar did-darba meta l-udjenza kienet tant żgħira. Għalhekk ix-xemgħat li kienu qrib it-tfal kienu kollha jaħdmu bil-batterija u fi stazzjon fejn intużaw il-labar biex jitwaħħlu stilel fuq id-drapp, kienet il-persuna li qed tgħin biss li kellha aċċess għal dawn il-labar.

Riżorsi meħtieġa

L-ispazji kellhom isiru it-Tnejn waranofsinhar. Għalhekk, minn ġimgħa qabel bdejt niġbor riżorsi minn persuni li offrewli l-għajnuna fosthom l-SDS. Il-Ħadd waranofsinhar ippreparajt il-kumplament tar-riżorsi d-dar u ppreparajthom f’basktijiet, basket għal kull stazzjon. Meta mort narma fuq il-post, xi tliet sigħat qabel, sibt riżorsi oħra fil-post mhux mistennija, li vera ġew b’mod providenzjali u wżajthom ukoll!

Persuni biex janimaw

Jiena ngħallem l-ewwel sena ta’ wara l-preċett. Ġimgħa qabel staqsejt il-katekista li tgħallem is-sena ta’ qabel il-preċett jekk kinitx interessata naħdmu flimkien u hi aċċettajt b’entużjażmu. Kellna bżonn persuna oħra li kellha tkun it-tifla tiegħi imma dakinhar mardet u daħlet il-kunjata minflokha. Ġurnata qabel ikkuntattjajt lil dawn iż-żewġ persuni billi erġajt spjegajtilhom l-idea ta’ dawn l-ispazji u bgħattilhom xi ritratti ta’ x’kelli moħħi. It-Tnejn imbagħad iltqajna nofsiegħa qabel u dorna kull stazzjon flimkien qabel ġew it-tfal meta kollox kien diġà armat.

Għajnuniet

  • Il-Kors tal-PFI – Creating and Animating a Prayer Space;
  • Il-fatt li ġieli kont attendejt għal spazji ta’ talb jien stess;
  • Il-fatt li kont għamilt kors fuq spiritwalità;
  • L-istadji tal-ħajja tat-talb fil-ħajja tiegħi personali;
  • L-istaff ta’ SDS Malta għas-sapport morali u għall-providiment ta’ xi riżorsi;
  • Membri tal-familja li għenuni nipprepara xi karti mqattgħin;
  • Il-parteċipanti fil-kors;
  • Is-sit elettroniku Malti – sds.mt li huwa user friendly ħafna;
  • Is-sit elettroniku Ingliż – prayerspacesinschools.com;
  • Tlabt ħafna biex tkun esperjenza tajba għat-tfal.

Kif mxew l-ispazji u l-evalwazzjoni

Qabel l-ispazji

Din kienet l-ewwel darba u ħassejtni li kelli ftit ħin biex naħseb u nipprepara għax ridt nagħmlihom qabel it-tfal joħorġu bil-vaganzi. Darb’oħra nixtieq li l-parti tal-ippjanar issir aktar f’tim u noħorġu b’aktar ideat flimkien. Anki mil-lat prattiku, armajt kollox waħdi u domt ftit mhux ħażin anki għax kien hemm bżonn ftit tindif fil-post. Li naħdem f’tim se tkun prijorità darb’oħra.

Waqt l-ispazji

Waqt l-ispazji innifishom imxejna tajjeb ħafna. It-tfal qsamthom fi gruppi żgħar. Lill-kunjata tajtha l-iktar tfal kwieti u l-oħrajn żammejthom jien u l-katekista l-oħra. Il-fatt li kien hemm ħames stazzjonijiet għen ukoll biex ma naħbtux ġo xulxin.

Wara l-ispazji

Il-katekista l-oħra għoġbitha ħafna l-idea u il-maġġoranzi tat-tfal (għajr għal tifel wieħed) ħadu gost ħafna wkoll. Kelli tifel bl-awtiżmu li għall-ewwel darba veru daħal fihom tant li dakinhar ma qagħadx m’ommu kif soltu jagħmel. Kien hemm tfal li qalu grazzi ta’ dawn l-ispazji aktar minn darba, oħrajn talbu li jerġgħu jsiru, kien hemm tfal li kienu jidhru li qatt ma kienu ħasbu fuq ċertu affarijiet qabel.

L-ispazji magħżula:

Kull stazzjon kellu l-istruzzjonijiet miegħu bil-Malti u bl-Ingliż.

  • Ir-Rigal Tiegħi (jien u Alla)
  • Ngħinek Terfa’ l-Piż (jien u Alla)
  • Stilel ta’ Ringrazzjament (jien u l-oħrajn u d-dinja)
  • Fil-Kwiet – bi ftit mużika fl-isfond (jien u Alla)
  • Ir-ragħajja minn madwar id-dinja (jien, l-oħrajn u d-dinja)

Christmas: My Gift

In this prayer space one will be asked to think of a gift one wishes for the world such as the gift of peace.

Weightlifting Worry

This prayer space helps one to think of his worries and to ask God for strength and guidance.

Christmas: Thankful Stars

This prayer space aims at raising awareneness of the many blessings at home, in nature, during our daily life and particularly during Christmas time that we take for granted.

Be Still: Chapel

In the space just be. Be at peace in a place where one becomes aware of God.

Christmas: Worldwide Shepherds

During this prayer space one will have the time to pray for worlwide peoples who are considered as not important and are marginalized just like the shepherds during the time of Jesus birth.