Din is-sena, żmien ir-Randan ħalla l-frott fl-iskola tagħna, għax flimkien mal-istudenti tagħna, għexna din l-esperjenza sabiħa flimkien li resqitna qrib iktar ta’ dak li qed jiġri madwarna, kellna ċ-ċans nirriflettu dwar il-ħajja li qed ngħixu u kien mod kreattiv ta’ kif tlabna lkoll flimkien mal-klassijiet tagħna bħala komunita’.
It-tfal kellhom iċ-ċans jesploraw temi soċjali fid-dawl tal-imħabba li aħna bħala nsara għandna nuru ma’ ħutna fil-bżonn. Temi oħra kienu fuq nota personali bħal meta t-tfal kellhom ċans jistaqsu mistoqsjiet kbar lil Alla u anke jiktbu fuq ir-ross u dan jiġi mħassar, bħala simbolu li l-Mulej jaħfrilna d-dnubiet tagħna u jibqa’ jħobbna xorta waħda. Kellna wkoll l-istatwa tal-Madonna tad-Duluri li fakkritna fit-tbatija ta’ Ommna Marija u b’mod kreattiv, it-tfal setgħu jiktbu isem min jafu li hu b’qalb maqsuma biex jitolbu għalih.
Tassew kienet inizjattiva sabiħa ferm li għaqqditna bħala komunita’ ta’ klassijiet, kif ukoll ninsabu ċerti li fit-tfal ħalliet valur ta’ kemm b’meditazzjoni kreattiva, nistgħu nħobbu lill-oħrajn u niftakru fihom permezz tat-talb.
F’isem l-iskola kollha, nirringrazzjaw lit-tim dedikat li tana t-taħriġ biex intellgħu inizjattiva bħal din fl-iskola tagħna.