Dan huwa assembly relatat mal-aċċettazzjoni ta’ xulxin

Bookmark

– Merħba għall-sena skolastika ġdida. Illum bħala religious counsellor u għalliema tar-Reliġjon nixtiequ nwasslulkom messaġġ qasir lill kull wieħed u waħda minnkom mill-aspett spiritwali. Bħalma niffokaw fuq l-edukazzjoni akkademika, għandna nagħtu ukoll importanza lill-edukazzjoni emozzjonali u spiritwali. 

– Ninkuraġġukom sabiex l-ewwel nett nuru dejjem sapport lejn xulxin. Żmien il-pandemija uriena biċ-ċar kemm m’għandna nieħdu xejn forgranted. Kull persuna taffaċja sfidi fil-ħajja tagħha, li biex tegħlibhom teħtieġ is-sapport u trid lil min jifimha. Madankollu indunajna ukoll li ħareġ iżjed l-aspett egoist ta ħafna individwi li jirraġunaw li l-aqwa li jinsabu tajbin u komdi huma. Kull persuna għandha l-potenzjal li tagħmel differenza fil-ħajja ta’ dawk ta madwarha. 

Smajna u tgħallimna ħafna dwar is-saħħa mentali. Hemm ħafna fatturi li jaffetwawlna s-saħħa mentali fosthom: 

– is-solitudni

– il-problemi familjari

– is-self-esteem issues

– is-sitwazzjoni finanzjarja

– in-nuqqas ta kuntatt bejnietna

– l-effetti negattivi tal-media soċjali

– ‘Charity begins at home’ – ma nistgħux negħlbu l-problemi tad-dinja kollha, iżda nistgħu ngħinu b’affarijiet żgħar, imqar ma persuna waħda. Imma kif? Irridu nuru rispett lejn xulxin dejjem. Nistgħu noffru daqsxejn għajnuna u nkunu iktar paċenzjużi. Nittolleraw id-differenzi tagħna, nemmnu iżjed f’xulxin, naċċettaw lil xulxin kif aħna u niprovaw nikkomunikaw aħjar billi nisimgħu x’għandu xi jgħid ħaddieħor minflok inkunu moħħna xi rrid ngħidu aħna. 

– Tajjeb ukoll li fejn naraw it-tbatija ma ndawrux wiċċna n-naħa l-oħra. Apparti li toffri l-għajnuna tiegħek, ħeġġeġ lill-persuna l-oħra tfittex is-sapport. Fl-iskola jeżistu diversi persuni li dejjem lesti biex jgħinukom. 

Tema: Aċċettazzjoni ta’ xulxin

Ritratt: Migrant fuq il-bankina

Ftit ilu fl-aħbarijiet u s-social media rajna l-mod ta kif ġie trattat persuna li weġġa’ fuq il-post tax-xogħol u min iħaddmu ħallieh fuq bankina biex jaħrab mir-responsabbilta. Imma jolqotni ħafna l-mod ta kif ġie trattat minn żewġ persuni li nzertaw kienu għaddejjin minn hemm. Waqfu jagħtu l-ewwel għajnuna u jċemplu għal għajnuna professjonali

Ħsieb: Ħafna drabi din hija s-sitwazzjoni tagħna bħala studenti, li nkunu first aiders għal sħabna. Hemm sitwazzjonijiet li inti biss tkun taf bihom jew tinduna bihom, ta bullying, ta weggħat, ta bżonnijiet partikolari. Inti tista’ tkun first aider, u waqt li tkun preżenti mal-istudenti l-oħra li jkunu għaddejjin min żmien diffiċli, titlob ukoll l-għajnuna professjonali tal-counsellors u għalliema.

Ritratti: migrant; samaritan it-tajjeb

Ħsieb: Ġesù ukoll spjegalna sitwazzjoni fejn wieħed Samaritan, barrani, mar jgħin żagħżugħ li spiċċa f’nofs ta triq għax qala xebgħa u serquh. I-Samaritan, avolja barrani, mar jgħin u ħallas il-lukanda biex ikomplu jieħdu ħsiebu. 

Ġesù jirrakkonta din is-sitwazzjoni mhux għax xi ħaġa rari, imma għax komuni ħafna li jkollna bżonn naċċettaw lil xulxin bid-differenzi kollha tagħna, imma wkoll naċċettaw li nistgħu ngħinu lil xulxin.

Slide: Acceptance

Ħsieb: It-tema “Acceptance” hija importanti għaliex kull persuna hija differenti imma għandha l-istess dinjita’ ta persuna umana li jistħoqqilha tirċievi l-imħabba.

Jiġuni f’moħħi 3 kelmiet marbuta ma “Acceptance”: Tolerance, Respect, Fraternity

Tolerance meta tittollera lil xi ħadd avolja huwa differenti minnek jew għandu opinjoni differenti minn tiegħek. Kważi tittollerah u tieħu paċenzja biex taċċettah, sakemm ma jdejqekx. 

Respect: hija kelma li nużawha il-ħin kollu speċjalment fl-ambjent tal-iskola. Tirrispetta lil ħaddieħor biex tiġi rispettat int ukoll. Ir-regola tad-deheb: agħmel lil ħaddieħor dak li tixtieq li jagħmlu lilek. Qisu give and take.

Fraternity: Il-Papa Franġisku jitkellem fuq l-aċċettazzjoni bħala Fraternita. Fil-messaġġ tiegħu waqt żmien il-pandemija fil-ktieb “Let us Dream” il-Papa jgħidilna li għandna naċċettaw lil xulxin mhux biss b’rispett imma ukoll bi fraternita, bħala aħwa. Jiena nħobbok għax inti ħija u oħti.

– Nawgurawlkom sena ta’ suċċess u nħeġġukom dejjem biex tieħdu ħsieb xulxin. 

Grazzi lil Fr Luke Cutajar li qasam magħna dan l-assembly li sar mat-tim pastorali fl-iskola Sekondarja parti mill-Kulleġġ San Thomas More, St Lucia

Material



We want to get to know you. To be able to bookmark your favourite content, please log in or sign up below.

User Sign Up

  • This field is for validation purposes and should be left unchanged.


Discover more activities