Għan: Sabiex nispiraw u nħeġġu l-istudenti tal-primarja jagħrfu u jwarrbu drawwiet u ħsibijiet negattivi (ħaxix selvaġġ) f’ħajjithom, u minflokhom jagħżlu azzjonijiet pożittivi u mġieba tajba (drawwiet tajbin), waqt li jifhmu l-importanza ta’ maturità personali u tat-tjubija matul l-istaġun tar-Randan.
Merħba
Bonġu lil kulħadd! Illum ser nitkellmu fuq ħaġa importanti u interessanti: aħna ikoll nixtiequ li d-dinja tkun post aħjar, hux? Allura għaliex ma nibdewx b’tindifa tajba ta’ qalbna u ta’ moħħna?
Riflessjoni
Ir-rebbiegħa hija ż-żmien fejn kollox madwarna jibda jwarrad u jikber. Eżatt bħal bidwi li jieħu ħsieb l-għelieqi billi jneħħi l-ħaxix selvaġġ, ukoll aħna jeħtiġielna nħarsu lejn ħajjitna u naraw jekk hemmx xi ‘ħaxix selvaġġ’ f’qalbna u moħħna – bħal ħsibijiet negattivi jew drawwiet ħżiena (per eżempju: gideb, serq, ma titlobx, tqasqas fuq in-nies) – li jeħtiġielna inneħħu.
(Fiehem li l-ewwel ħaġa hi li nindunaw b’dawn id-drawwiet ħżiena u nammettu li jeħtieġ ninbidlu. Wara, nippruvaw inbiddlu dawn id-drawwiet ħżiena fi drawwiet tajbin. Jekk qabel ma konniex naqsmu biżżejjed [affarijiet mal-oħrajn], issa nistgħu naqsmu aktar. Minflok ma nirrabbjaw, nibdew nipprattikaw aktar kalma, paċenzja u tjubija; minflok inħarsu bl-ikrah nibdew nitbissmu iktar).
Kwotazzjoni li tispira:
Papa Franġisku qal: ‘Ir-Randan huwa żmien biex inġeddu l-fidi, it-tama u l-imħabba.‘ Din il-kwotazzjoni tfakkarna li r-Randan huwa żmien speċjali biex nimmaturaw u nsiru persuni aħjar. Nippruvaw niġġeddu u nagħmlu bidliet pożittivi f’ħajjitna.
Kanzunetta: I will follow
Talba
O Alla, grazzi għal dan l-istaġun tar-Randan, żmien biex nirriflettu u nikbru. Għinna nagħrfu ‘l-ħaxix selvaġġ’ f’ħajjitna li huma d-drawwiet ħżiena. Agħtina s-saħħa biex inneħuhom u f’posthom nagħmlu attitudnijiet pożittivi. Dawwalna biex inkunu paċenzjużi, biex inħobbu u naħfru ’ll-oħrajn u lilna nfusna. Ammen.