Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Għajtu bil-ferħ lil Alla, bnedmin tad-dinja kollha.
1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi. U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem, l-Ispirtu tal-verità, li d-dinja ma tistax tirċevih, għax hija la tarah u lanqas tagħrfu. Iżda intom tagħrfuh, għaliex jgħammar magħkom, u huwa fikom. Ma nħallikomx iltiema. Nerġa’ niġi għandkom. Ftit ieħor, u d-dinja ma taranix aktar. Iżda intom għad tarawni, għax jiena ngħix, u intom ukoll għad tgħixu. F’dak il-jum intom tagħrfu li jiena f’Missieri, u intom fija u jiena fikom. Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi”. (Ġw 14, 15-21)
i. Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi.
ħna nibdew bil-kontra:
sistemi ta’ kontroll, regoli,
aġir estern maqtugħ mill-ġewwieni profond tagħna.
Imma Ġesù, fil-lejl li fih ser jesprimi l-profondità tal-imħabba t’Alla,
jistedinna nibnu ħajjitna fuq pedament ieħor:
duq l-imħabba, ħalliha tqajjem fik il-kapaċità biex tħobb,
u esprimiha f’aġir konkret ħiereġ mill-ġewwieni tiegħek (u t’Alla).
Irrifletti:
Ieqaf ftit fuq l-imħabba li rċevejt mingħand Alla.
ii. U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem, l-Ispirtu tal-verità …
Fil-lejl ta’ tradiment min-nies ta’ ġewwa
fejn il-gideb isir l-għodda tal-poter
biex jindarab ir-ragħaj u tixtered il-merħla
u kulħadd jispiċċa waħdu
Ġesù jitlob lill-Missier etern
biex jagħtina Difensur ieħor
u ħadd ma jibqa’ waħdu
u l-Verità ma tindifinx
u l-komunità tista’ terġa tirxoxta!
Irrifletti:
- Fil-kuntest tad-dinja li qed ngħixu fiha, x’titlob lill-missier ?
iii. Ma nħallikomx iltiema. Nerġa’ niġi għandkom. Ftit ieħor, u d-dinja ma taranix aktar. Iżda intom għad tarawni, għax jiena ngħix, u intom ukoll għad tgħixu.
Fil-lejl mudlam ta’ ftehim li jwassal għall-qtil tal-innoċenti
tiddi l-qalb ta’ Dak
li jibqa’ jieħu responsabbiltà tal-ieħor, tal-oħra
jibqa’ jgħożż u jieħu ħsieb
jibqa’ jqawwi u jiggwida
jgħix u jgħajjex
id-dawl tiegħU jixgħel fjammi oħra
lesti biex jieħdu responsabbiltà ujuru għożża.
Ma nħallikomx iltiema!
Irrifletti:
- Ieqaf fuq il-kliem: “jiena ngħix u intom ukoll għad tgħixu”.
3. Missierna
Nirringrazzjaw lil Fr Jimmy Bonnici għal din ir-riflessjoni