Merħba
Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”
Introduzzjoni
Din hija l-aħħar assembly għal din is-sena. B’hekk ser nkantaw waħda tal-aħħar biex nsellmu lil xulxin.
Ara
Ħsieb Riflessiv
Mhux faċli tgħid saħħa – imma matul das-sajf ejja nibqgħu naħsbu f’ xulxin b’ imħabba u rispett u nitolbu sabiex f’ Settembru nerġgħu ninqgħadu flimkien.
Talba
Għażiż Ġesù, ngħidulek grazzi tal-iskola u dis-sena skolastika, grazzi tal- għalliema. Għina sabiex das-sajf nkomplu nikbru u nitgħallmu. Ammen
Merħba
Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”
Introduzzjoni
Hekk kif nersqu lejn it-tmien sas-sena skolastika, ejja naħsbu fuq l-affarijiet sbieħ li ġraw u ngħidu grazzi ta’ din l-esperjenza sabiħa.
Ara
Ħsieb Riflessiv
Merħba bik. Għalkemm fis-sajf ser nkunu l-bogħod mill-iskola, ejja ma ninsewx li l-iskola dejjem merħba bina, dejjem miftuħa għalina. Ejja nkomplu naħdmu iebes u nikbru matul dan is-sajf u niġu lura b’ iżjed saħħa.
Talba
Għażiż Alla, grazzi tal- għalliema, li jiddedikaw tant ħin għalina. Ngħidulek grazzi ta’ din l-esperjenza. Ammen
Merħba
Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”
Introduzzjoni
L-aħħar tas-sena, nagħlqu kapitlu u ħerqana niftħu ieħor. Iżda ma nistgħux nagħlqu mingħajr ma nirriflettu ftit fuq li ġara. Ejja naraw dan il-filmat flimkien u naħsbu ftit.
Ara
Ħsieb Riflessiv
Ma nħallux dis-sena tgħaddi mingħajr ma nuru ringrazjament lil għalliema u l-edukaturi tagħna u lejn sħabna ukoll. Ma kinitx sena faċli, iżda dejjem sibna sapport f’ kull sfida li kellna. Ejja nkomplu nikbru fis-sapport lejn xulxin anke matul is-sajf. Ejja nżommu kuntatt u nkomplu ninbnew fl-imħabba u rispett.
Talba
Għażiż Alla, nirringrazjawk għall-isfidi li permezz tagħhom kbirna iżjed b’ saħħitna. Nirringrazjawk tal-kollegi tagħna u l-edukaturi. Grazzi tas-sajf biex permezz tiegħu nistrieħu u nikbru. Ammen
Vidjow addizzjonali