English

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista’ tibda l-assembly bir-radd tas-salib: “Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.”

Introduzzjoni

Din hija ġimgħa speċjali ħafna għalina l-Insara. Din hija l-ġimgħa ta’ talb għall-għaqda fost l-Insara. Matul din il-ġimgħa nitolbu sabiex l-Insara jingħaqdu flimkien. Minflok naraw dak li għandna differenti tajjeb li naraw dak li naqblu fuqu u li jgħaqqadna. Hekk kif ser naraw f’dan il-vidjow li ser naraw issa għalkemm minn barra aħna differenti iżda l-ġewwieni tagħna – minn ġewwa aħna kollha wlied Alla. Alla jħobbna lkoll u bagħat lil ibnu Ġesù biex isalvana lkoll.

Ara

Stieden lit-tfal jieqfu għal ftit sekondi jaħsbu dwar dak li raw.

Ħsieb Riflessiv

Li nitolbu għall għaqda fost l-Insara, kemm jekk aħna Nsara u anke jekk le, huwa mod sabiħ kif nuru rispett lejn xulxin.

Talba

“Min jibqa’ fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott.” (Ġwanni 15: 5-9)
O Alla tal-għaqda u l-paċi nitolbuk biex l-Insara jinagħqdu miegħek u ma’ xulxin sabiex hekk iwasslu l-imħabba tiegħek kull fejn imorru u f’kull ma jgħidu u jagħmlu. Ammen.

Idea Addizzjonali

Din hija riżorsa addizzjonali li tista’ tuża’ skont il-komunità tal-iskola tiegħek:

English

« Back to Year Theme