Matul dan il-ħin ta’ tagħlim, il-parteċipanti kollha (studenti u adulti li qed jikkumpanjawhom) ser jingħataw l-opportunità li jesperimentaw bl-użu ta’ midja differenti fosthom tal-pipe cleaners. Se jkunu ukoll mistiedna biex jaħsbu u jsemmu persuna speċjali għalihom, jevalwaw dak li jagħmel lil din il-persuna speċjali, u filwaqt li japprezzaw il-kwalitajiet speċjali tagħha, jaħsbu dwar il-possibilità li dawn il-kwalitajiet speċjali isiru tagħhom ukoll.
Equipment: pipe cleaners
Ages
- Kinder
- Early Years
- Primary Years
- Middle Years
- Secondary Years
- Post-Secondary Years

Ħin:
40 minuta
Is-Sekwenza tal-Lezzjoni:
- Ibda billi tieħu l-ħin biex tara dan il-filmat: Skit Guys-Being Mom
2. Semmi persuna speċjali għalik. Xi ħadd verament speċjali għalik. Jista’ jkun xi membru tal-familja tiegħek, ħabib, għalliem, tabib jew xi ħadd li joqgħod ħdejk.
3. Ħu ftit ħin biex taħseb dwar dak li jagħmel lil din il-persuna speċjali. Tista’ tikteb lista ta’ dawn il-kwalitajiet sbieħ li għandha din il-persuna.
4. Issa tista’ tagħmel mudell ta’ din il-persuna speċjali billi tuża’ l-pipe cleaners.
5. Tista’ wkoll tgħid talba ta’ ringrazzjament lil Alla għal din il-persuna speċjali f’ħajtek.
Eżempju:- Grazzi Alla, talli fil-ħajja tiegħi tajtni lil __________ u permezz ta’ din il-persuna nħossni maħbub/a hekk kif jien.
6. Id-darba li jmissek tara lil din il-persuna, għidilha grazzi talli hi speċjali ħafna għalik.
Issa, tista’ taħseb kif int ukoll tista’ tkun persuna speċjali għall-oħrajn.
7. Fl-aħħar, tista’ tagħmel il-mudell tal-pipe cleaner ħdejn is-sodda tiegħek biex ta’ kuljum tiftakar:
Tgħid grazzi lil Alla għal din il-persuna speċjali fil-ħajja tiegħek.
Titlob lil Alla jgħinek tkun persuna speċjali għall-oħrajn.
Tgħid grazzi lil Alla talli bil-mod speċjali tiegħu, jinsab dejjem magħna.
8. Il-vidjo bl-isem ‘Lauren Daigle-Remember’ jista’ jiggwidak matul ir-riflessjoni tiegħek u jgħinek tiftakar li Alla jinsab dejjem hemm għalina u għalhekk Huwa speċjali wkoll!
We want to get to know you. To be able to bookmark your favourite content, please log in or sign up below.
User Sign Up
Discover more resources