L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu b’kollaborazzjoni ma’ Spiritual Development in Schools, ser torganizza għadd ta’ sessjonijiet ta’ programm ġdid ta’ qari animat, kitba u riflessjoni kreattiva jismu ‘Bil-Qari u l-Kitba nsib Spazju għal Qalbi’ għal tfal ta’ bejn 8 u 10 snin.

Dawn is-sessjonijiet ta’ qari animat bil-Malti u bl-Ingliż mill-ktieb ġdid ‘Spazju għal Qalbi – Beloved Space’ tal-awtriċi Silvana Cardona, ser isiru f’diversi lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex.

L-istejjer tal-ktieb jistgħu jservu ta’ opportunità biex it-tfal jitħarrġu fil-qari, kitba kreattiva u attivitajiet immaġinattivi u riflessivi ta’ talb li tgħin lit-tfal u l-adulti jikbru fir-relazzjoni tagħhom magħhom infushom, jesprimu l-emozzjonijiet tagħhom u jitolbu b’mod kreattiv.

Waqt kull sessjoni, it-tfal ser jingħataw riżorsi bil-Malti u l-Ingliż biex jesprimu ruħhom.

Upcoming Events

Show and Tell-Maltese Tradition

  • Wednesday, 4th Ġunju 2025
  • Registration: 2.45 pm; Activity: 3.00 pm - 4.30 pm
  • Archbishop's Curia, Floriana
  • For children aged 8 to 10 years and their families
  • Animated reading, Creative writing, Reflective hands-on activity