Din kienet esperjenza li kabbret lili kif ukoll lil kull min ħa din l-esperjenza bis-serjeta, fir-relazzjoni ma’ Alla.

Tfal jitolbu fis-skiet

X’ ferħ ħassejt meta tara l-parteċipazzjoni tal-membri kollha tal-istaff. ALLA jipprovdi! Dan huwa kliem ta’ veru, għax waqt li kont qed nippjana 20 stazzjon b’attivitajiet varji, għall-etajiet ta’ bejn 5 sa 10 snin, bdejt inħoss li l-ikbar problema se tkun tan-nies li ħa jmexxu t-tfal f’din il-mixja. L-għalliema b’ħafna ħeġġa segwew l-istruzjonijiet li pprovdejt u b’hekk kullħadd seta’ jgħin lit-tfal tagħna fi gruppi żgħar biex ikunu jistgħu jesperjenzaw il-preżenza ta’ Alla fil-prayer spaces.

Rigward il-parteċipazzjoni tat-tfal, kienet tajba ħafna u stajt tara li t-tfal kienu ħerqana biex jinżlu fil-gym fejn saru Prayer Spaces, biex jieħdu sehem iktar minn darba.

Il-gym armat bil-prayer stations


Kienet opportunità fejn it-tfal setgħu jesprimu ruħhom u jitkellmu, u setgħu jifhmu kemm Alla huwa dejjem magħna.

Tfal attenti għal dak li qed jisimgħu
Tfal jirrifflettu


It-tfal attenti jistaqsu


Jalla dawn l-esperjenzi jiġu mwassla fid-djar tal-familji tagħhom. Kellna sessjoni fejn stedinna l-ġenituri, għalkemm ir-rispons kien ta’ grupp zgħir inħoss li xorta waħda kien ta’ gwadann.

Fl-aħħarnett l-għeluq tal-ħin tal-Prayer Space kien permezz ta’ adorazzjoni quddiem Ġesù fis-sagrament tal-Ewkaristija, fejn kulħadd apprezza ftit ħin għall-kwiet u ħin kien ħin speċjali ma’ Alla.

Adorazzjoni




Dan l-artiklu ġie miktub minn Ms Christine Zammit u Ms Annabella Gauci