English

Merħba

Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi l-assemblea jilqa’ lill-istudenti u jgħidilhom “Bonġu”. Wieħed jista’ jibda r-riflessjoni bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.

Riflessjoni

Missjoni hija biċċa xogħol importanti li trid titwettaq minn grupp ta’ nies. Fl-iskola tagħna din il-biċċa xogħol trid issir minn kull wieħed u waħda minna. Dawn il-biċċiet xogħol jinkludu:  li nagħmlu qalb lil xulxin; li nobdu lill-għalliema tagħna, ninkuraġġixxu u ngħinu lil xulxin, inkunu grati lejn min igħinna, u ħafna iżjed. Ejjew nkantaw din l-għanja flimkien biex nifhmu aktar x’inhi l-missjoni tagħna bħala tfal żgħar:

Għanja

Ġesù jridni bħala raġġ tax-xemx:

Talba

Għażiż Alla, grazzi tal-barkiet li Inti sawwabt fuqna u fuq l-iskola tagħna matul din is-sena skolastika. Kompli mlina bl-enerġija Tiegħek biex ngħixu kompletAmment l-missjoni tagħna bħala studenti. Ammen.

Print this page

English