Merħba
Il-kap tal-iskola, SLT jew edukatur li qed imexxi r-riflessjoni jilqa’ lill-istudenti jista’ jibda bir-radd tas-salib jew b’minuta silenzju.
Riflessjoni
Hemm diversi manjieri fejn nesprimu il-gratitudni tagħna. Prinċipalment nagħmlu dan ma’ dawk li huma l-eqreb tagħna u mal-ħbieb tagħna. L-aktar ħaġa li għaliha għandna nkunu grati hija ħajjitna u għal dak kollu li nagħmlu f’ħajjitna.
Għanja
Ejjew nkantaw flimkien: Ġesù huwa ħaj

Talba
Għażiż Alla, grazzi tal-qawwa tal-għaġeb u x-xogħol f’ħajjitna. Grazzi tat-tjubija li turi lilna u tal-barka Tiegħek fuqna. Ammen.