English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Aħna nikbru ma’ kull sena li tgħaddi. Għadna kemm spiċċajna s-sena 2021 u ċċelebrajna s-sena 2022. Huwa importanti li nippjanaw kif nistgħu intejbu din is-sena u ngħixuha aħjar mis-sena ta’ qabel. Il-ħin u l-ġranet itiru u għalhekk importanti li nagħmlu użu tajjeb miż-żmien. Ejjew naraw dan il-filmat fuq kif tagħmel użu tajjeb miż-żmien.

Ara

Ħsieb Riflessiv

Kif rajna fil-filmat, importanti ħafna li nkunu ħabrieka u li nqassmu l-ħin tagħna sewwa. Il-għażż hu l-kuntrarju tal-bżulija jew it-tħabrik għax ifisser li inti ma tixtieqx taħdem u tagħmel progress. Meta nkunu ħabrieka, ma naħlux żmien u nistinkaw biex intejbu l-ħbiberiji tagħna. Dan nagħmluh billi nkunu iktar qalbna tajba mal-oħrajn, nagħtu każ lil ħaddieħor, nirrispettaw lill-oħrajn, inkunu edukati u nġibu l-paċi fil-familja, mal-ħbieb jew mal-adulti li jieħdu ħsiebna. Nitgħallmu nsolvu l-ġlied jew l-argumenti li jkollna b’mod paċifiku u naħfru. Persuna ħabrieka taqdi dmirijietha sew u bir-responsabbilita’, tgħin u tagħti prijorita’ lil dawk l-affarijiet li huma l-iktar importanti fil-ħajja. Il-bżulija tgħinek mhux biss biex tħaddem it-talenti tiegħek, imma wkoll biex ittejjeb il-karattru, ir-relazzjonijiet u l-kapaċitajiet tiegħek.

Talba

O Alla, għinna biex inkunu persuni ħabrieka li nkunu nafu napprezzaw il-valur taż-żmien ħalli nsiru persuni aħjar. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English