English

Għan: L-istudenti ser jifhmu li l-ferħ dejjiemi huwa marbut mal-isforz li nagħmlu meta nkunu ġenerużi u twajba magħna nfusna u mal-oħrajn.

Merħba

Bonġu lil kulħadd! Dax-xahar ser nħarsu mill-qrib lejn it-tema ta’ “Niżirgħu t-Tama – Naħsdu l-Frott.” Se nanalizzaw kif meta nagħmlu sforz biex inkunu nies twajba, dan jista’ jwassal li jkollna ħajja kuntenta u nħossu l-potenzjal tagħna realizzat.

Riflessjoni

  • Immaġina bidwi qed jiżra’ ġo għalqa. Il-bidwi, b’xogħol iebes, jipprepara l-ħamrija,  jitfa’ ż-żrieragħ, jsaqqi, u meta jxettlu,  jieħu ħsiebhom. Wara ħafna paċenzja u sforzi, meta l-bidwi fl-aħħar jaħsad il-ħaxix, ikollu annata tajba.  Eżatt bħal bidwi, nistgħu nispiċċaw b’ferħ dejjiemi f’ħajjitna permezz tal-isforzi li nagħmlu fl-għażliet u fl-imġieba tagħna ta’ kuljum.
  • Matul dis-sena, tgħallimna lezzjonijiet importanti. Tgħallimna li l-preparazzjoni tajba tagħna nfusna, it-tagħlim minn nies għorrief, l-azzjonijiet f’waqthom, l-impenn, u l-paċenzja, huma kollha importanti. Tgħallimna wkoll li huwa importanti li nnaddfu qlubna minn drawwiet ħżiena. Meta nagħmlu dawn l-affarijiet kollha, nistgħu nistennew li jkollna ħajja ferħana u li tagħtina sodisfazzjon kbir.

Kwotazzjoni li tispira:

Agħmel it-tajjeb u t-tajjeb jiġi għandek.” – Kwotazzjoni anonima li tfakkarna li meta nagħmlu ħilitna biex inkunu twajba u nagħmlu azzjonijiet tajbin, l-azzjonijiet tajbin jiġu lura għandna, u dan iġib kuntentizza u sodisfazzjon.

Kanzunetta: What a Wonderful World (Louis Armstrong)

Din il-kazunetta tfakkarna fil-ġmiel tad-dinja ta’ madwarna u l-ferħ li nistgħu nsibu meta napprezzawha u nieħdu ħsiebha.

Talba O Alla, għinna niftakru li, bħal bdiewa, jeħtiġielna nagħmlu sforz biex naħsdu l-frott tal-ferħ. Mexxina biex inkunu twajba ma’ xulxin, u li ngħixu fil-paċi u fl-armonija. Jalla nkunu mnebbħa biex niżirgħu t-tama u t-tjubija f’kollox li nagħmlu. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English