Għan: Nisfruttaw l-okkażjoni biex nirreaġixxu b’mod fidil matul l-istaġun opportun tal-Avvent.
Merħba (1 min)
- L-edukatur jilqa’ l-istudenti u jfakkarhom fuq it-tema Niżirgħu t-Tama u fuq l-importanza li nitgħallmu mill-istejjer ta’ success tal-oħrajn.
- L-edukatur jigwida li l-istudenti joqogħdu kwieti, jibda bir-radd tas-salib u talba sempliċi ta’ ringrazzjament/ għall-mument qasir ta’ silenzju fuq il-ġmiel ta’ għodwa ġdida.
Attività / Filmat (4 min)
- L-edukatur jintroduċi t-tema ta’ Diċembru billi jgħid li hija speċjali għal ħafna għaliex tikkoinċidi mal-melodija ‘this is the season to be jolly’ [dan huwa l-istaġun biex tkun ferħan] – u tħeġġeġ l-istudenti jkomplu bir-ritornell ‘Fa-la-la-la-la, la-la-la-la’.
- L-edukatur jirreaġixxi għall-fatt li l-istudenti kantaw jew le u jisħaq fuq il-fatt illi xi kultant jeħtieġ li naġixxu fil-mument opportun: kwistjoni li jew ser nieħu l-opportunità u naġixxi issa jew qatt.
- *(Dan il-pass jista’ jinqabeż) L-edukatur juri filmat imbagħad jelabora fuqu billi jgħid illi l-persuna kellha tipprepara sew imma mbagħad kien wasal il-ħin li kellu jagħmilha (proposta taż-żwieġ).
Riflessjoni (4 min)
- L-edukatur ixebbaħ l’Avvent li jsejħilna biex nagħmlu xi ħaġa bi preparazzjoni għall-Milied maż-żriegħ li jeħtieġ isir fiż-żmien / staġun opportun.
- L-edukatur jistaqsi b’mod riflessiv fuq kif l-istudenti se jippreparaw għall-Milied u li dan jagħmluh fil-ħin, imbagħad jerġa’ jgħid fi kliemu li l-Avvent jgħallimna kif nittamaw: it-tip ta’ tama li tarbija għadha titwieled iġġib fid-dinja, it-tama li għandna nħalluha tinżera’ f’ħajjitna u f’tal-oħrajn.
- L-edukatur jaħtaf l-okkażjoni biex jintroduċi inizjattiva ta’ karità ta’ żriegħ it-tama għal familji fil-bżonn matul l- Avvent, per eżempju.
Talba (1 min)
O Alla, grazzi ta’ dan iż-żmien qaddis tal-Avvent. Għinna naħtfu l-okkażjoni matul il-ġimgħat li jwassluna sal-Milied biex inħallu t-tama tikber fina u fil-ħajja ta’ dawk li nieqsin minnha. Ammen.