English

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Aħseb ftit fi sħabek u sħabek tal-klassi – aħna nixxiebhu f’ħafna affarijiet imma differenti f’oħrajn. Din hi l-esperjenza ta’ Cole u sieħbu ikbar minnu, Steve. Steve għandu l-awtiżmu imma skont Cole, Steve huwa l-aktar bniedem kuntent li qatt iltaqa’ miegħu. Cole ma qagħadx iħares lejn id-differenzi bejnu u bejn Steve, iżda lejn x’hemm komuni u li jagħmilhom ħbieb. Ejja naraw flimkien il-filmat:

Ara

Ħsieb Riflessiv

Steve u Cole huma eżempju sabiħ ta’ ħbiberija għax iħarsu ’l bogħod mid-differenzi u jgawdu l-ħin tagħhom flimkien. Aħna lkoll ftit differenti u dan hu fatt sabiħ ħafna – għax id-diversita’ toħloq l-esperjenzi sbieħ fil-klassi, fit-toroq u fil-komunitajiet. Għandna ħafna differenzi imma wkoll ħafna affarijiet l-istess li jistgħu jsaħħu l-għaqda ta’ bejnietna.

Talba

Għażiż Alla, grazzi li ħlaqtna lkoll differenti, għinna sabiex dawn id-differenzi ma jifirduniex imma jgħinuna nersqu lejn xulxin. Ammen

Ipprintja l-paġna

English