Nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2019, żewġ gruppi ta’ tfajliet minn Form 2 sa Form 4 li jattendu l-Oratorju Marija Immakulata Mosta, kellhom laqgħa ta’ talb u riflessjoni b’differenza.
Permezz tad-diversi prayer spaces li kien hemm armati u li kienu mibnija fuq il-Kelma t’Alla, grupp minnhom setgħu jaqraw il-Bibbja u jaraw kif japplikawha għalihom infushom. Raw kif il-Kelma t’Alla tista’ tkun mezz ta’ eżami ta’ kuxjenzja, tista’ tiggwidhom fil-ħajja tagħhom, tgħinhom jieħdu deċiżjonijiet importanti kif ukoll permezz tagħha jaraw il-ħiliet tagħhom.
 |
| Qari mill-Bibbja |
 |
| “Inti l-blata u l-fortizza tiegħi.” |
 |
| Jaqsmu t-talenti mal-oħrajn |
Hekk kif imxew minn fuq prayer space għall-ieħor, raw ukoll kif permezz tal-Bibbja jistgħu jitgħallmu joffru dak li jkun qiegħed jinkwetahom, jitolbu u jisimgħu lil Alla jkellimhom f’qalbhom b’dik is-silta li jkunu qraw u kif jistgħu japplikawha għal ħaddieħor b’xi kelma ta’ nkuraġġiment.
 |
| Footprints in the Sand Story |
 |
| Irrifflettew u kitbu dwar dak li qraw. |
Grupp ieħor talab permezz ta’ prayer spaces mibnija fuqhom infushom, ir-relazzjoni ma’ sħabhom u ma’ Alla. Dawn għenuhom jagħrfu l-importanza tat-talb fil-ħajja tagħhom biex fl-esperjenzi li jgħaddu minnhom fil-ħajja ta’ kuljum, ikunu jistgħu jibqgħu mexjin ‘il quddiem u jiffaċċjaw il-ħin b’mod pożittiv.
 |
| Jaqraw mill-Bibbja |
 |
| Kitbu dik is-sentenza li laqtithom fuq l-id |
 |
| Jiktbu dak li qed jinkwetahom u jagħmluha fil-vażett tal-inkwiet |
 |
| Create in me a pure Heart |
 |
Stress Less
Nirringrazzjaw lil Alla ta’ tant talb li ħareġ
mill-fond tal-qalb ta’ dawn it-tfajliet u tal-ġabra u l-kwiet li kien hemm. |