English

Fid-dokument ‘Yahad, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tirrifletti fuq il-ġrieħi tas-soċjetà tagħna, biex imbagħad tipproponi għodod meħudin mit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja li huma essenzjali jekk irridu nibnu soċjetà iktar ġusta u rikonċiljata.

Il-workshops li jinsabu fir-riżorsa: ‘Called to care: Why politics is not just someone else’s problem‘ jibnu fuq ir-riflessjoni ta’ ‘Yahad’ u jikkonsistu fi tliet workshops qosra ta’ 20 minuta kull waħda. L-iskop prinċipali ta’ dawn il-workshops hu li l-parteċipanti jagħrfu l-importanza kbira tal-parteċipazzjoni politika fis-soċjetà tagħna. B’modi differenti u skont is-sitwazzjoni partikulari, kulħadd huwa msejjaħ li jagħti daqqa t’id biex id-dinjita’ u d-drittijiet ta’ kulħadd, b’mod speċjali ta’ l-iktar vulnerabbli, jkunu dejjem iżjed imħarsa u rispettati.

Fl-ewwel Workshop

Fl-ewwel workshop niffukaw fuq il-mistoqsija: “imma jien, għaliex għandu jimpurtani minn dak li jiġri fil-politika?”. Fit-tieni parti, nippruvaw niftħu widnejna biex nisimgħu l-vuċijiet ta’ dawk li huma imwarrbin u b’hekk nidentifikaw dawk l-areas fis-soċjeta’ tagħna li l-iktar għandhom bżonn ta’ l-attenzjoni tagħna. U fl-aħħar parti tal-vjaġġ, issa li nibtet fina x-xewqa li nagħmlu xi ħaġa biex nibnu dinja iktar ġusta u rikonċiljata, niffukaw fuq il-mistoqsija: “Imma jien, x’nista’ nagħmel?”

It-tul u l-kontenut ta’ kull workshop jistgħu jiġu adattat skont iċ-ċirkostanzi. F’kull workshop, hemm inkluż ħin ta’ talb, input, diskussjoni u anke ice-breakers. Dawn l-attivitajiet jistgħu jiġu organizzati waqt sessjoni ta’ formazzjoni għall-edukaturi. Jistgħu ukoll jintużaw ma’ studenti li għandhom bejn 14 u 18 il-sena.   

Riżorsi għar-Randan

Il-Kummisjoni preparat ukoll riżorsi relatati mal-Ħdud tar-Randan u bbażati fuq temi bħall-Onestà, Temperanza, Kuraġġ, Paċenzja ħanina, Rikonċiljazzjoni u Kreattività.

Għal aktar informazzjoni, ibgħat email lil Mark Cachia fuq [email protected]

English